RISPONS TAJJEB GĦALL-PROPOSTA TAL-GVERN FAVUR IL-ĦAJJA
Sal-lum iktar minn mija u għoxrin għaqda, assoċjazzjoni u kunsilli lokali taw l-appoġġ tagħhom għall-proposta tal-gvern biex il-projbizzjoni ta’ l-abort tidħol fil-Kostituzzjoni.
L-għan tal-Gvern huwa li l-emenda għall-Kostituzzjoni, li kienet proponuta mill-Moviment għad-Drittijiet, il-Protezzjoni u l-Iżvilupp tat-Tarbija fil-Ġuf u l-Għaqda Gift of Life, u aċċettata mill-Gvern, hija li jinkiseb l-appoġġ popolari tal-poplu Malti. Għalhekk il-Gvern, minflok ressaq l-emenda fil-Parlament, qed jitlob l-appoġġ tas-soċjeta’ ċivili favur il-ħajja. Din m’għandiex tkun proposta tal-Gvern jew ta’ l-Oppożizzjoni iżda proposta favur il-ħajja mill-isferi kollha tas-soċjeta’ Maltija.
Minbarra numru ta’ għaqdiet reliġjużi, il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern irċieva għadd ta’ ittri ta’ approvazzjoni minn għaqdiet soċjali fosthom kunsilli lokali, għaqdiet sportivi, trade unions, każini u individwi.
Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-appoġġ li qed tingħata lil din il-proposta favur il-ħajja. Proposta, skond Tonio Borg, favur il-ħarsien tal-ħajja, valur li għandu jitqies bħala fundamentali u mhux fundamentalista.
…/…
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946