Left arrow Mur Lura

RAPPORT DWAR “PERFORMANCE AUDIT – QUALITY OF LIFE FOR THE ELDERLY AT ST. VINCENT DE PAUL RESIDENCE”

PR0751
Date Icon 26/05/2005

F’rapport ippreżentat lill-Ispeaker u li tqiegħed quddiem il-Kamra tad-Deputati, l-Awditur Ġenerali osserva li l-proċess tad-dħul fir-Residenza San Vincenz De Paul m’hux ċar minħabba nuqqassijiet fid-dokumentazzjoni.  Kien irrappurtat li, ġeneralment, ir-residenti kienu sodisfatti bis-servizz mogħti mit-tobba u l-infermiera, iżda kienu diżappuntati bl-ikel. Jissemma’ wkoll in-nuqqas ta’ ħiliet kif jigu organizzati attivitajiet bl-iskop biex ir-residenti jgħaddu l-ħin liberu tagħhom.  

Ir-responsabilitajiet u d-doveri tal-Bord ta’ l-Ammissjoni, li ilu mwaqqaf mill-1999 m’humiex ċari biżżejjed.  Il-Bord m’għandux statut u ġie mgħarraf uffiċjalment bid-doveri tiegħu f’April 2004.  

Qed ikun hemm trasferiment ta’ pazjenti mill-Isptar San Luqa għar-Residenza meqjusa bħala ‘każijiet soċjali’.  Dan għaliex iż-żamma tagħhom fit-tul kienet meqjusa bħala li xekklet b’xi mod l-operat ta’ l-Isptar San Luqa.  

Fi stħarrig li sar bejn is-26 ta’ Jannar u l-14 ta’ Frar 2004, il-parti l-kbira tar-residenti u l-viżitaturi wrew li kienu kuntenti bis-servizzi mediċi u kura mogħtija mit-tobba u l-infermiera.  Ir-residenti kienu tal-fehma li dawn is-servizzi ngħataw b’kortesija u b’rispett għad-dinjita’ tagħhom.  

Madanakollu, numru żgħir ta’ residenti lmentaw dwar: nuqqas ta’ informazzjoni fuq il-kundizzjoni medika u l-kura li kienet qed tingħata, xi dewmien biex tingħata assistenza barra mir-rutina mit-tobba u l-infermiera, u li l-infermiera ma’ kellhomx ħin biżżejjed biex jiddiskutu mar-residenti dwar il-ħtiġijiet tagħhom. Uħud mir-residenti ħassewhom skomdi meta ġew mgħejjuna minn infermiera tas-sess oppost.  L-istħarriġ wera wkoll li 12 fil-mija tar-residenti u 12 fil-mija tal-viżitaturi qalu li taw xi tips lill-infermiera.   

Il-maġġoranza tar-residenti lmentaw dwar l-ikel. Ir-residenza ma timpjegax dietician biex tippjana l-ikel skond il-ħtieġa medika partikolari tar-residenti.

Ir-residenti isibu li m’għandhomx x’jagħmlu fil-ħin liberu.  Dan jiġri għaliex fir-Residenza hemm nuqqas ta’ nies b’ħiliet organizzattivi.  Barra minn dan, ir-residenti, jew ir-rappreżentanti tagħhom, ma jdaħħluhomx biex ifasslu l-attivitajiet ta’ mgħodija taż-żmien jew aspetti oħra li jolqtuhom mill-qrib.  

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika rrakomanda li jkun hemm iżjed ekwita’ u trasparenza fil-proċess tad-dħul fir-Residenza.  Ġie propost ukoll biex ikun hemm titjieb fil-mod kif jitwasslu s-servizzi pprovduti.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow