Left arrow Mur Lura

IT-TILWIMA INDUSTRIJALI TA’ L-MUT

PR0750
Date Icon 26/05/2005

Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol ħa nota ta’ l-istqarrija għall-istampa tal-Malta Union of Teachers (MUT) li biha l-Union avżat li qed tirreġistra tilwima industrijali dwar ‘deċiżjoni li ttieħdet mid-Dipartiment tal-Customer Services f’Għawdex’.  

Jidher li l-MUT qed toġġezzjona li jittieħdu l-passi skond il-proċedura stabbilita fil-konfront ta’ impjegata tal-gvern, għalliema fi skola f’Għawdex, li rrapportat li hi marida u ppreżentat ċertifikat mediku, iżda li meta mar it-tabib tal-Gvern ma fetaħlu ħadd.  L-għalliema qed issostni li kienet id-dar.  

Il-Ministeru ma jridx jidħol fil-merti u ċ-ċirkostanzi ta’ dawn il-fatti u jemmen li għandhom ikunu l-awtoritajiet kompetenti li jitħallew jagħmlu l-evalwazzjoni u d-deċiżjoni dwar il-każ  fil-liberta` u skond il-proċeduri stabbiliti. 

Min naħa l-oħra l-Ministeru isostni li mhux leġittimu li xi Union tirreġistra tilwima industrijali f’ċirkostanzi bħal dawn.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow