BIEX L-EKONOMIJA TA’ PAJJIŻNA TIKBER U TOĦLOQ AKTAR ĠID, IRRIDU NIFFAĊILITAW IN-NEGOZJU
“Ir-Rapport ta’ Implimentazzjoni li qegħdin nippublikaw illum huwa rapport li jagħti indikazzjoni tal-ħidma li ġiet ikkordinata mill-Uffiċċju tiegħi fi ħdan il-Ministeru għall-Kompetittivita’ u l-Komunikazzjoni għas-sena ta’ ħidma minn Ġunju 2004 sa Ġunju 2005. Dan ir-rapport qiegħed juri x’ħidma twettqet mill-Pjan ta’ Ħidma li kien ippubblikat sena ilu u li kellu bħala objettiv ewlieni din is-sejħa ”Biex Malta tikber fl-Unjoni Ewropea, flimkien irridu niffaċilitaw in-Negozju.”
Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, qal dan fil-bidu ta’ konferenza ta’ l-aħbarijiet biex iniedi r-rapport ta’ implimentazzjoni, li huwa d-dokument li ser jiġi diskuss f’konferenza nazzjonali li għaliha ser jattendu l-Prim Ministru u l-Ministru Ċensu Galea; u li ser issir nhar it-Tlieta, 14 ta’ Ġunju fis-Sala tal-Malta Enteprise, f’San Ġwann.
Għal din il-konferenza ser ikunu mistiedna għaqdiet tan-negozji u uffiċjali minn Dipartimenti u Awtoritajiet biex flimkien ikunu jistgħu jiddiskutu kif tista’ tiġi mtejjba l-implimentazzjoni taċ-Charter Ewropew għan-Negozji Żgħar permezz tal-politka tal-Gvern lejn is-settur tas-self employed u n-negozji żgħar.
Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo kompla jgħid li “r-rapporti ta’ din il-konferenza ikunu mbagħad il-bażi ta’ rapport li dwaru jkun jista’ jsir dibattitu fil-Parlament. Il-Gvern huwa impenjat li jara li maż-żmien ikompli jiżviluppa l-politika tiegħu favur is-settur tas-self-employed u s-sidien ta’ negozji żgħar. Dan ir-rapport ta’ implimentazzjoni huwa indikazzjoni ċara ta’ f’hiex kienet tikkonsisti l-ħidma tal-Gvern fl-implimentazzjoni taċ-Charter Ewropew għan-Negozji ż-Żgħar.”
Biex jikkumplimenta dan ir-rapport ta’ ħidma fuq skala nazzjonali, l-Onor. Vassallo ppreżenta wkoll rapport ippubblikat mill-Unjoni Ewropea dwar l-implimentazzjoni taċ-Charter Ewropew għan-Negozji Żgħar fil-pajjiżi kollha ta’ l-Unjoni Ewropea. “Dan ir-rapport juri kif pajjiżi membri ta’ l-Unjoni Ewropea qed jimplimentaw dan ic-Charter u ser jigi wkoll diskuss fil-konferenza nazzjonali li ser jorganizza dan is-Segretarjat. Meta wieħed iħares lejn dan ir-rapport pubblikat mill-Unjoni Ewropea, wieħed għandu jieħu indikazzjoni ta’ l-importanza li l-Unjoni Ewropea qed tagħti lill-implimentazzjoni tal-istess Charter. F’dan ir-rapport, ġiet irrappurtata l-implimentazzjoni taċ-Charter f’Malta, u ġie msemmi l-proċess ta’ pubblikazzjoni tal-Pjan ta’ Ħidma, il-konferenenza Nazzjonali u d-dibattitu fil-Parlament. Pajjiżna qiegħed jikkompeti ma’ Pajjiżi oħra fl-iżvilupp tal-Politka Impreditorjali tiegħu. Sar ħafna xoghol, iżda dan ir-rapport jindika kemm baqa’ xi jsir.
“Permezz tal-ħidma li twettqet matul l-aħħar sena, kif jindika r-rapport ta’ implimentazzjoni li gie ppubblikat illum, jiena persważ li fir-rapport tal-Unjoni Ewropea, s-sena d-dieħla, pajjiżna għandu jtejjeb il-pożizzjoni tiegħu kif imqabbla ma’ pajjiżi oħra.
“Il-ħidma li saret is-sena li għaddiet (Ġunju 2004 – Ġunju 2005), għandha tgħin biex din is-sena nkomplu fl-iżvilupp ta’ politika imprenditorjali li permezz tagħha huwa maħsub li jittejbu ċ-ċirkustanzj li fihom qegħdin jaħdmu s-setturi tas-self employed u tas-sidien ta’ negozji żgħar . Is-suċċess ta’ din il-ħidma jiddependi biss minn kemm kapaċi nkomplu nsostnu l-koperazzjoni li jirnexxielna noħolqu fis-snin li għaddew,” temm jghid is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.
… / Rapporti…
pr0747a.doc
pr0747b.pdf
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946