L-EBDA PARTI MIX- XOGĦOL LI SAR FUQ IL- PROĠETT TA' L- IMĠARR F'GĦAWDEX ,MHU SER JITWAQQA
B’referenza għall-kummenti li għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, l-Onor. Alfred Sant dwar ix-xogħol fuq it-terminal il-ġdid fl-Imġarr Għawdex fejn, fost l-oħrajn, qal li skond il-pjanti l-ġodda ta' dan il-proġett, ċerti strutturi li diġa kienu nbnew se jkollhom jerġgħu jinħattu, il-Ministeru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni jiddikjara illi dan mhux minnu.
Fl-ebda fażi ta' dan il-proġett mhu qed ikun ippjanat li xi xogħlijiet li diġa tlestew, se jkollhom jinħattu sabiex jakkomodaw ix-xogħol li jrid isir skond il-pjanti l-ġodda. Tabilħaqq, l-Awtorita' Marittima qagħdet attenta ħafna sabiex ikun żgurat li l-istrutturi eżistenti li saru skond il-pjanti ta' qabel jkunu ntegrati mad-disinji u l-pjanti l-ġodda.
Dan hu proġett siewi li ser jipprovdi faċilitajiet xierqa fl-Imġarr u ċ-Ċirkewwa, li ser itejjbu l-mezz ta’ trasport bejn iż-żewġ ġżejjer.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946