JINBEDA PROĊESS TA’ KONSULTAZZJONI DWAR DEVELOPMENT BRIEF FUQ SIT TA’ L-ENEMALTA F’BIRŻEBBUĠA
Il-Kumitat tal-Kabinett għall-Proġetti Kapitali, illum nieda proċess ta’ konsultazzjoni fuq Development Brief fuq is-sit li preżentament huwa okkupat mill-impjant tal-ħazna taż-żejt u fuel “31 ta’ Marzu 1979” f’Birżebbuġa.
Dettalji dwar dan ingħataw waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet minn Austin Gatt, Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u Chairperson tal-Kumitat tal-Kabinett għall-Proġetti Kapitali u mill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino. Il-konferenza ta’ l-aħbarijiet kienet indirizzata wkoll minn uffiċjali tal-MEPA.
Il-Ministru Gatt fakkar kif f’Lulju li għadda kien tħabbar li ser jitneħħew it-tankijiet eżistenti. Id-development brief jinkludi t-tneħħija tat-tankijiet eżistenti u l-proposti biex din iż-żona tinbidel f’ waħda residenzjali b’investiment mill-privat. L-iżvilupp propost jinkludi bini residenzjali, spazju għall-parkeġġ, ħwienet, spazji għar-rikrejazzjoni u spazji miftuħa. Dan l-iżvilupp mistenni jieħu post parti mis-sit li fih illum hemm it-tankijiet li kienu inbnew fl-1920. Il-Ministru Austin Gatt qal li t-tneħħija ta’ dawn it-tankijiet ifisser li l-Korporazzjoni Enemalta trid issib siti alternattivi għall-ħażna kif ukoll għad-distribuzzjoni tal-fuel li bħalissa jitqassam minn hemm. Huwa spjega kif l-Enemalta applikat biex minflok it-tankijiet fiċ-ċentru residenzjali ta’ Birżebbuġa, tibda tuża’ l-faċilitajiet li hemm taħt l-art Ħas-Saptan. Din l-alternattiva filwaqt li tinkludi l-bini ta’ tankijiet magħrufin bħala Day Tanks, ma tinħtieġx il-bini ta’ tankijiet ta’ ħażna.
Il-Ministru Gatt qal li l-impenn tal-Gvern huwa li sa’ l-2007 l-Enemalta tkun ħarġet minn Birżebbuġa.
Il-Ministru George Pullicino qal li dan il-pass jixhed l-impenn tal-Gvern lejn iż-żona ta’ Birżebbuġa. Hu qal li hemm direttivi ta’ l-Unjoni Ewropea li jistipulaw li t-tankijiet tal-petrol u d-diesel ma jistgħux ikunu f’żoni residenzjali kif inhuma llum f’Birżebbuġa.
Il-Ministru George Pullicino qal li l-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika ser dum sitt ġimgħat u appella biex kull min għandu interess jifli l-abbozz tad-development brief u jressaq il-kummenti u s-suġġerimenti tiegħu, biex ikunu jistgħu jiġu analizzati ladarba tintemm din il-fażi ta’ konsultazzjoni.
pr0737a Development Brief
pr0737b Maps
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946