ĦRUĠ TA’ STOCKS TAL-GVERN – MEJJU 2005
Kien hemm rispons qawwi ħafna mill-investituri kollha ta’ kull xorta għall-ħruġ ta’ Stocks tal-Gvern li għalihom intlaqgħu applikazzjonijiet bejn it-12 u d-19 ta’ Mejju. Dawn l-istocks ħarġu hekk kif ser jagħlaq l-istock 7.25% MGS 2005.
It-Teżor irċieva 3,268 applikazzjoni għal ammont globali ta’ aktar minn Lm72 miljun meta l-Istocks maħruġa kienu jammontaw għal Lm40 miljun.
It-Teżor ser iżid l-ammont maħruġ u jaddotta l-‘over allotment option’ imsemmija fil-prospetti relattivi kif muri hawn taħt:
Stock
Ammont Maħruġ
Ammont Addizzjonali
Ammont Allokat
5% MGS 2021 (Fungible)
Lm15m
Lm10m
Lm25m
5.7% MGS 2012 III (Fungible)
Lm25m
Lm10m
Lm35m
Filwaqt li sehem l-investituri ż-żgħar fl-istock li ser jagħlaq (7.25% MGS 2005) kien ta’ madwar Lm5 miljuni, l-applikazzjonijiet minn dan is-settur fl-istocks il-ġodda laħqu total ta’ ’l fuq minn Lm18-il miljun.
It-Teżor għalhekk iħabbar li l-applikazzjonijiet kollha ta’ l-investituri ż-żgħar qed jintlaqgħu bla tnaqqis filwaqt li l-kumplament li ġejjin minn investituri istituzzjonali se jkunu allokati skond il-prezz ta’ l-offerta mitfugħa.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946