Left arrow Mur Lura

IŻ-ŻONA PROPOSTA BIEX FIHA JITPOĠĠEW IL-FISHFARMS

PR0715
Date Icon 18/05/2005

B’riferenza għall-Istqarrija maħruga llum minn Nature Trust, irid jingħad li qabel ma wieħed jitkellem fuq l-aspett ambjentali taż-żona li fiha qed ikun propost li jitpoġġew il-fishfarms, għandu jistenna l-publikazzjoni tar-Rapport dwar l-Impatt Ambjentali (Environment Impact Assessment - EIA) u l-ftuħ tal-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika. 

Barra minn hekk, bħala parti mill-proċess kif stabbilit mil-liġi, dan ir-Rapport issa jkun miftuħ għall-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika li matulu kulħadd ikun jista’ jgħaddi l-kummenti tiegħu. 

L-iskop prinċipali wara l-proposta biex titwaqqaf żona li tinkludi fiha l-fishfarms kollha huwa li dawk eżistenti wkoll jiċċaqilqu u jitpoġġew f’żona li hija mas-sitt kilometri ’l barra mill-kosta (kif indikat mill-pjanta annessa).  Dan il-fatt pożittiv ma jissemma mkien fl-istqarrija tan-Nature Trust. 

Ta’ min ifakkar li l-industrija tal-fishfarms tħalli effett ekonomiku pożittiv li ma jistax jiġi injorat u għalhekk l-iskop tal-Gvern hu li jsib bilanċ aċċettabli bejn l-iżvilupp propost u r-rispett lejn l-ambjent. 

Kuntrarju għall-pajjiżi oħra, Malta m’għandiex biżżejjed spazju biex tpoġġi din l-industrija fuq l-art u għalhekk trid tallokka spazju fil-baħar.   

Fl-aħħarnett, il-Gvern irid għal darb’oħra jirriafferma li matul il-proċess kollu ta’ l-applikazzjoni qed tingħata l-akbar kunsiderazzjoni lejn il-ħarsien ta’ l-ambjent. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow