Left arrow Mur Lura

L-IŻVILUPP U L-ĦARSIEN TA’ L-AMBJENT JISTGĦU JIMXU ID F’ID

PR0709
Date Icon 17/05/2005

L-iżvilupp u l-ħarsien ta’ l-ambjent jistgħu jimxu id f’id.  Dan qalu l-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino waqt żjara li għamel fis-sit fejn qed tinbena l-lukanda l-ġdida Radisson SAS Golden Sands Resort & Spa f’Għajn Tuffieħa.  

Matul din iż-żjara kienu spjegati numru ta’ miżuri li ttieħdu mill-iżviluppaturi li filwaqt li jirrispettaw l-ambjent ta’ madwar, iddiżinjaw il-bini b’mod li jnaqqas il-konsum ta’ l-enerġija u l-ilma.  

Filwaqt li rringrazzja lill-kumpannija Island Hotels talli għal darb’oħra uriet fiduċja fl-ekonomija Maltija b’investiment kbir ieħor, il-Ministru Pullicino qal li fit-twettiq tal-proġett kien hemm għan komuni li wassal biex kien hemm koperazzjoni sħiħa bejn l-iżviluppaturi u l-Awtorita’ ta’ Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar, il-MEPA.  

Il-Ministru Pullicino qal li kien twaqqaf tim bejn periti ta’ l-iżviluppaturi u periti mill-MEPA u li dawn ħadmu jiem sħaħ flimkien biex joħorġu bl-aħjar soluzzjoni.  George Pullicino qal li dan wassal biex il-proġett saħansitra evolva mill-kunċett oriġinali li bih kien maħsub u dan għas-sodisfazzjon ta’ kulħadd.   

Il-Ministru George Pullicino qal li dan jawgura tajjeb biex il-MEPA ssir dejjem aktar iffukata fuq il-bżonn li tkun pożittiva u tindika hi stess l-alternattivi minflok ma sempliċiment tirrifjuta l-applikazzjoni.  

Winston Zahra, f’isem l-Island Hotels Ltd, ukoll wera l-apprezzament għall-koperazzjoni li kien hemm mal-MEPA u qal li dan hu pass tajjeb għall-investiment li jsir f’pajjiżna.  

Intant, matul iż-żjara kien spjegat kif fil-jiem li ġejjin mistennija jinbdew jinżergħu wkoll is-siġar u l-pjanti li ser ikomplu jagħtu dehra isbaħ lill-inħawi tal-lukanda.  Il-kunċett hu li jkun hemm 30% bini u 70% landscaping.  Kważi l-materjal kollu li rriżulta mit-twaqqigħ tal-lukanda li kien hemm qabel intuża biex saret it-triq li ddawwar l-iżvilupp il-ġdid.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow