SKOLASAJF - PROGRAMM KREATTIV GĦALL-ISTUDENTI
Madwar 4,000 tifel u tifla mill-iskejjel statali, tal-knisja, u indipendenti, jipparteċipaw fi Skolasajf. Jieħdu sehem ukoll madwar 330 studenti Universitarji li qed isegwu korsijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-edukazzjoni u madwar 130 kapijiet/assistenti kapijiet/għalliema bħala ko-ordinaturi fiċ-Ċentri ta’ Skolasajf.
Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, Louis Galea nieda l-għaxar edizzjoni tal-programm Skolasajf. Il-programm Skolasajf joffri l-opportunità lil studenti li jkollhom programm edukattiv u kreattiv tul ix-xhur tas-sajf biex filwaqt li jużaw il-ħin liberu tagħhom b’mod produttiv, ikunu qed jilagħbu u jitgħallmu ma’ sħabhom. Skolasajf toffri wkoll l-opportunita’ lill-ġenituri ta’ l-istudenti, speċjalment dawk li jaħdmu, biex fil-ħinijiet tax-xogħol ikunu moħħhom mistrieħ dwar x’qed jagħmlu t-tfal.
Skolasajf 2005 ser tiftaħ il-bibien tagħha bejn il-Ħamis 14 ta’ Lulju u t-Tnejn 5 ta’ Settembru 2005, kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-9.00a.m. u 12.00p.m. Il-Programm hu miftuħ għat-tfal tar-raba’, l-ħames u s-sitt klassi ta’ l-iskejjel primarji kollha (Stat, Knisja u Indipendenti). Iċ-ċentri tas-Skolasajf huma mqassmin madwar Malta u Għawdex biex kulħadd ikun moqdi.
Il-Ministru Galea qal li t-tema magħżula għal din is-sena hija “It-tfal: Ċittadini B’Impenn”. Se niffukaw fuq l-oqsma ta’ Saħħa, Kultura u Ambjent. Dan fl-okkażjoni tas-sena Ewropea taċ-Ċittadinanza permezz ta’ l-Edukazzjoni.
Tfal li jattendu l-iskola bl-għajnuna tal-‘facilitator’ se jkollhom dan is-servizz ukoll għall-Programm Skolasajf filwaqt li dawk it-tfal li jattendu l-iskejjel speċjali se jkollhom programmi apposta.
Hemm ukoll programm magħruf bħala Klabbsajf għal dawk l-istudenti li tul is-sena skolastika jingħataw is-servizz ta’ l-għajnuna kumplimentari fil-litteriżmu. Dan il-programm hu maħsub apposta biex jgħin lil dawn l-istudenti jimxu ’l quddiem fl-edukazzjoni.
L-applikazzjonijiet għal skolasajf jistgħu jinkisbu mill-iskejjel Primarji jew inkella minn fuq il-website tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni www.education.gov.mt
L-applikazzjonijiet għandhom jaslu fl-iskejjel fejn t-tfal ikunu se jattendu, sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Ġunju. Hemm ħlas nominali ta’ Lm 5 għal kull tifel jew tifla.
Informazzjoni Dwar il-Programm Skolasajf 2004
L-iskopijiet ewlenin ta’ Skolasajf (Skejjel Primarji) huma:
Li joffri lill-istudenti tar-raba’, l-ħames u s-sitt klassi ta’ l-iskejjel primarji programm ta’ attivitajiet edukattivi u rikreattivi li jagħtu tagħlim informali li jikkumplimenta u jsaħħaħ dak li jkun sar fis-sena skolastika.
Li tipprovdi lill-istudenti tal-B.Ed u studenti minn fakultajiet oħra, li jkunu fl-ewwel, t-tieni u t-tielet sena tal-kors tagħhom, opportunitajiet li josservaw u jikkomunikaw mat-tfal. Dan isir f’sitwazzjonijiet kreattivi u mhux daqshekk formali bħal ma jkunu matul is-sena skolastika.
Li jagħti lill-ġenituri, speċjalment lil dawk li jaħdmu, l-opportunita` li jsibu post adattat għall-kura ta’ wliedhom waqt il-vaganzi tas-Sajf.
PROGRAMM TA’ SKOLASAJF 2004
Seminars għall-Ko-Ordinaturi kollha
Din is-sena ser isiru żewġ ‘seminars’ għall- ko-ordinaturi taċ-Ċentri kollhali jservi bħala preparazzjoni u ko-ordinament bejn il-proġetti speċjali kollha.
Programm għall-iSkejjel Primarji
Il-Programm ta’ ħidma għat-tfal fi Skolasajf jinkludi sessjonijiet ta’ tpinġija, drama, żfin, kant, mima, diskussjonijiet, sport u żjarat f’postijiet kulturali, industrijali u kummerċjali kemm fuq skala lokali kif ukoll fuq skala nazzjonali, per eżempju: fabbriki, mużewijiet, stazzjonijiet tar-radju, knisja parrokkjali, banek u uffiċċji, u Kunsilli Lokali.
Minħabba xogħol ta’ kostruzzjoni f’diversi skejjel, saru arranġamenti meħtieġa biex it-tfal kollha jiġu offruti s-servizz ta’ Skolasajf. F’dan ir-rigward sibna għajnuna mill Kunsilli Lokali
“Inħobb Nilgħab” Weetabix Fun Games Festivals
Matul l-ewwel gimgħat ta’ Skolasajf ser isiru attivitajiet reġjonali bejn 5 / 6 Ċentri fuq bażi eliminatorja. Dawk iċ-ċentri li jikkwalifikaw minn din il-fażi, jikkompetu f’attivita’ Nazzjonali fl-aħħar tas-sajf waqt il-Fieramaratona.
Kunsilli ta’ l-Istudenti waqt Skolasajf
B’rabta wkoll mas-sena Ewropea taċ-Ċittadinanza permezz ta’ l-Edukazzjoni kull ċentru ta’ Skolasajf ser jerġa jiġi mħeġġeġ biex iwaqqaf kunsill ta’ l-istudenti li jipparteċipaw fi proċess ta’ konsultazzjonijiet f’deċizjonijiet li jolqtu liċ-Ċentru tagħhom.
Programmi Speċjali fl-iskejjel
Dawn il-programmi jinkludu:
· Diskussjonijiet mill-Aġenzija Sedqa
· Programmi ta’ ħarsien tal-wirt kulturali -Fondazzjoni Wirt Artna
· Healthy Breakfast Days
· Ħarsien ta’ l-Annimali - S.P.C.A.
· Programm Kreattiv fil-Kavallier ta’ San Gakbu.
· Żjarat – Radju ta’ l-Universita’ - CAMPUS FM
· Road Safety / First Aid Junior Course - Red Cross
· Pottery – Taħriġ fis-sengħa tat-tafal
Kull student se jipparteċipa f’xi wieħed/jew aktar minn dawn il-programmi.
Programm għall-iskejjel speċjali
Il-Programm ta’ Skolasajf ser jiġi offrut ukoll f’dawn l-Iskejjel Speċjali.
| Hellen Keller | - Qrendi |
| San Miguel | - St. Andrews |
| Guardian Angel | - Ħamrun |
| Dun Manwel Attard | - Wardija |
| Profs Guze Aquilina Special Unit | - Sannat |
Fieramaratona
Kif isir kull sena Skolasajf tagħlaq bil-“Fieramaratona” li ser issir bejn l-Erbgħa 31 ta’ Awissu u l-Ħadd 4 ta’ Settembru 2005, fil-Liceo tal-Bniet Maria Regina l-Blata l-Bajda. L-għanijiet ewlenin ta’ din il-fiera huma li:
· Tiġbor flimkien eżempji tax-xogħol tat-tfal f’wirja nazzjonali
· Tagħti opportunita’ lill-iskejjel li juru attivitajiet kulturali (per eżempju mima, drama, sport u kant)
Klabbsajf
L-għan ta’ dan il-programm hu li jilħaq lil dawk it-tfal li matul is-sena skolastika 2004/2005 kienu jirċievu għajnuna kumplimentari. Il-Programm Klabbsajf ser jiftaħ f’dawn iċ-Ċentri:
Malta
Għawdex
B’Kara ‘A’
Nadur
B’Bugia ‘A’
Sannat
Fgura ‘A’
Victoria
M’Scala
Xagħra
Mosta ‘A’
Xewkija
San Ġwann ‘A’
Siġġiewi
San Pawl il-Baħar
Valletta
Żabbar ‘A’
Żebbug ‘A’
Żejtun ‘A’
Żurrieq ‘A’
Community Chest Fund
Bħalma sar matul dawn l-aħħar snin, matul il-programm ta’ Skolasajf ser jinġabru flus fuq bażi volontarja b’risq il-Community Chest Fund. Għal dan l-iskop it-tfal ser jiġu mħeġġa li jkunu ta’ servizz billi jtellgħu Talent Shows fiċ-Ċentri rispettivi tagħhom.
Sponsors
Din is-sena wkoll Skolasajf qed issib għajnuna siewja minn PAOLO BONNICI LTD (Rappreżentanti tal-Weetabix f’Malta.) Qed joffru l-għajnuna tagħhom permezz ta’:
· Healthy Breakfast f’kull Ċentru
· Xiri ta’ apparat sportiv
· Xiri ta’ materjal edukattiv
HSBC - Qed joffri kotba, CD’s u materjal edukattiv ieħor biex jintużaw fil-Programm Klabbsajf.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946