PROĠETT SALA TAL-MATERNITA’: TIBDA T-TIENI FAŻI
L-ewwel fażi tal-proġett tas-Sala tal-Maternita’ u l-ħolqien ta’ unit għal każi ġinekoloġiċi ntemmet riċentement biex issa l-pazjenti ġew trasferiti fil-parti modernizzata u nbeda x-xogħol meħtieġ fil-bqija tas-sala l-antika.
Il-proġett ta’ mmodernizzar tas-Sala tal-Maternita’ u t-twaqqif ta’ l-ewwel Gynaecology Unit fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex huwa riżultat ta’ investiment ta’ madwar Lm80,000 mill-Ministeru għal Għawdex. Il-proġett jinvolvi r-riorganizzazzjoni ta’ l-ispazju f’din is-sala flimkien mad-Doctors’ Quarters, kif ukoll il-mogħdija mill-ġdid ta’ servizzi u t-tagħmir mill-ġdid ta’ faċilitajiet adegwati.
Il-pazjenti ta’ din is-sala bħalissa qiegħdin jutilizzaw il-parti modernizzata filwaqt li għaddej xogħol sabiex anke t-tieni fażi tintemm fil-ġimgħat li ġejjin.
Dan il-proġett jikkonsolida l-ħidma tal-Ministeru għal Għawdex sabiex ikompli jtejjeb il-faċilitajiet marbuta mal-qasam tas-saħħa f’Għawdex. Mill-1999 sar modernizzar fis-swali ġenerali tan-nisa u rġiel, irġiel anzjani, Residenza Sant’Anna, Dipartiment ta’ l-Emerġenza, Dipartiment ta’ l-Out Patients, is-Sala tal-Pedjatrija, Operating Theatre, Laboratorju, Dipartiment tal-Medical Records kif ukoll il-ftuħ ta’ l-ewwel Renal Unit, Isolation Unit u Central Sterile Supplies Department.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946