Left arrow Go Back

IL-MINISTRU DEGUARA JINGĦATA PREMJU MINN SMOKE FREE EUROPE

PR0706
Date Icon 17/05/2005

Il-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunità Louis Deguara għadu kif ġie mgħarraf li se jingħata l-Europe Gold Award għal ħidma tal-Gvern biex f’Malta ġew introdotti r-regolamenti li jikkontrollaw t-tipjip f’postijiet pubbliċi.   

Dan il-premju se jingħatalu mill-Kumitat Organizattiv Smoke Free Europe 2005 li hu magħmul minn erba’ organizzazzjonijiet: The European Respiratory Society, the European Heart Network, the European Cancer Leagues u l-French Ligue National Contre la Cancer.   

Il-Ministru Deguara ġie mitlub jagħmel keynote address fuq is-suġġett f’konferenza li se tiffoka fuq id-drittijiet tal-ħaddiema li għandhom jaħdmu f’ambjent ħieles mit-tabakk.  Għal din il-konferenza se jattendu diversi ministri Ewropej, esperti fil-qasam tal-kontroll tat-tipjip, membri mill-kumitati parlamentari ta’ pajjiżi Ewropej kif ukoll rappreżentanti ta’ l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, membri parlamentari Ewropej u l-Kummissarju għas-Saħħa ta’ l-Unjoni Ewropea Kyprianou.  

Il-kumitat innota l-impenn u l-perseveranza tal-Ministru Deguara u tad-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa biex dan il-periklu għas-saħħa pubblika jiġi kontrollat.  Għalkemm dawn il-miżuri kienu kontroversjali, xorta waħda l-gvern biex jissalvagwardja s-saħħa pubblika laqa’ din l-isfida.  Fir-rigward tal-miżuri kontra t-tipjip dawn poġġew lil Malta fuq quddiem fost il-pajjiżi ta’ l-Ewropa.  Skond il-kumitat Smoke Free Europe dan kien akkwist kbir li qajjem interess fil-komunità li qegħda taħdem biex tikkontrolla t-tipjip fil-pajjiżi membri ta’ l-Unjoni Ewropea.

Din il-preżentazzjoni ser ssir fil-Lussemburgu fit-2 ta’ Ġunju li ġej li għaliha barra l-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità se jkunu mistiedna wkoll diversi membri parlamentari Maltin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow