Left arrow Mur Lura

L-ESPORTAZZJONI TAL-PATATA FL-AQWA TAGĦHA

PR0702
Date Icon 16/05/2005

Din is-sena minkejja li kellna temp kiesaħ matul ix-xitwa, xorta ser jirrnexxielna nilħqu l-miri tagħna fl-esportazzjoni tal-patata. Dan qalu is-Segretarju Parlamentari responsabbli għall-Biedja u s-Sajd, Dr. Francis Agius.  

Dr. Agius kompla jgħid li hu ġie nfurmat li din is-sena l-istaġun ta’ l-esportazzjoni ser jittawwal sas-27 ta’ Mejju 2005. Dan huwa possibbli għall-fatt li mhux ser ikun hemm aktar kwoti ta’ esportazzjoni u dan għax issa Malta hija membru ta’ l-Unjoni Ewropea.  

Sa issa diġa’ ġew esportati ’l fuq minn 4,500 tunnellata ta’ patata minkejja d-diffikultajiet li kellna fil-bikri u li setgħu naqqsu l-produzzjoni tal-patata. Din is-sena l-patata lokali qed tiġi esportata lejn l-Olanda, il-Ġermanja, id-Danimarka, l-Isvizzera, il-Croatia u aktar tard din is-sena lejn ir-Renju Unit. Dan huwa suq liberu u diġa’ qegħdin nitgħalmu minn dan. Dr. Agius awgura lil dawn il-kumpaniji li sabu niċeċ ta’ swieq ġodda għall-prodott tagħna. Dr. Agius ħabbar ukoll li ġie mgħarraf li xi kumpaniji ta’ l-esportazzjoni ser jgħatu ukoll over price tal-prezz miftiehem.  

Din is-sena huwa stmat li l-esportazzjoni tlaħħaq ’il fuq minn 5,500 tunnellata. L-indikazzjonijiet huma li l-prodott Malti sejjer tajjeb fis-Supermarkets fejn qed nesportaw qal Dr. Agius. Dan għaliex tejjibna l-kwalita’ tal-prodott u dan għaliex illum Malta tesporta taħt il-Protokoll tal-Eurepgap li qed jiġi ffinanzjat mill-Gvern Malti li minnu igawdi il-bidwi Malti.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow