Left arrow Mur Lura

ŻJARA KULTURALI LILL-KASTELL VERDALA

PR0691
Date Icon 13/05/2005

B’konnessjoni maċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum il-Familja, l-Uffiċċju tal-President ta’ Malta qed iħajjar familji sabiex igawdu l-wirt kulturali ta’ pajjiżna. 

L-Uffiċċju tal-President ta’ Malta, flimkien ma’ Heritage Malta ser jorganizzaw attivita` nhar il-Ħadd 22 ta’ Mejju 2005, fejn il-pubbliku jkun jista’ jżur il-Kastell tal-Verdala ir-Rabat. Iż-żjara kulturali tibda fl-1000 ta’ filgħodu u l-pubbliku jkun jista’ jiltaqa’ mal-President ta’ Malta, l-E.T. Dott. Edward Fenech Adami u s-Sinjura Fenech Adami. Wara li jduru l-Kastell, il-familji jkunu jistgħu wkoll igawdu l-ambjent sabiħ ta’ madwaru. L-attivita` tispiċċa f’nofsinhar.

Din l-attivita` hi waħda minn sensiela ta’ attivitajiet mħejjija mill-Uffiċċju tal-President bi skop li l-Palazzi Presidenzjali jkunu iktar aċċessibbli għall-pubbliku. 

Biljetti għal din l-attivita` jinkisbu mill-Mużew Nazzjonali ta’ l-Arti, Triq in-Nofsinhar, Valletta. Biljetti għall- adulti jiswew Lm1-il wieħed filwaqt li dawk għall-anzjani u studenti jiswew 50ċ-il wiehed. Tfal taħt l-10 snin jidħlu b’xejn.  

F’din iż-żjara kulturali jiġu aċċettati biss 150 persuna li jkunu maqsuma fi tlett gruppi. Il-biljetti jinxtraw u jinġabru sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Mejju 2005. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mingħand Heritage Malta fuq in-numru tat-telefon 21 225 769, jew inkella bil-posta elettronika info@heritagemalta.org 

Il-Kastell Verdala nbena mill-Perit Gerolamo Cassar fl-1586 għall-Gran Mastru Verdalle f’żona remota tal-Boschetto, fejn kien hemm wied mimli bis-siġar li kien jipprovdi għal żona tajba għall-kaċċa. Meta l-Ingliżi waslu Malta fl-1800, il-Kastell intuża bħala ħabs u għal diversi snin wara tħalla fi stat ta’ abbandun sakemm il-Gvernatur Sir William Reid għamel xogħol estensiv ta’ restawr fl-1855.  Fl-1982, il-Kastell beda jintuża bħala residenza tal-gvern għall-Kapijiet ta’ Stat li jżuru Malta. Meta Paul Xuereb laħaq Aġent President, għażel il-Kastell Verdala bħala r-residenza uffiċjali tiegħu. 

Il-Kastell bħalissa jintuża bħala r-residenza tas-sajf tal-President ta’ Malta.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow