Left arrow Mur Lura

L-AMBJENT HUWA TA’ PRIORITÀ ASSOLUTA FIL-ĦIDMA TAL-GVERN

PR0680
Date Icon 13/05/2005

L-ambjent huwa ta’ priorità assoluta fil-ħidma tal-Gvern u l-Gvern qiegħed bil-fatti jinvesti u jaħdem b’diversi modi biex irawwem u jsaħħaħ kuxjenza favur l-ambjent tagħna.  

B’referenza għall-kummenti li għamlu l-Friends of the Earth, ta’ min jgħid illi l-Gvern diġà qed jagħti inċentivi lil min iwaħħal solar water heaters.  Dawn l-inċentivi jinkludu l-ħlas lura ta’ VAT u l-eżenzjoni mill-ħlas tat-twaħħil tal-meter tad-dawl mill-Enemalta.   

Il-Friends of the Earth isemmu l-bio-diesel bħala waħda mill-miżuri li għandu jieħu l-Gvern.  Fid-diskors tal-budget għal din is-sena, il-Gvern ħabbar l-eżenzjoni mill-ħlas tas-sisa fuq il-gas-oil li jlaħħaq għal 20% tal-prodott finali.  Dan qed jassigura li l-bio-diesel jinbiegħ bi prezz kompetittiv u vantaġġjuż.   Ministeri u Aġenziji tal-Gvern diġà bdew jużaw il-bio-diesel.  Barra minnhekk il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent diġà ħabbar li fil-jiem li ġejjin se jinbeda proġett pilota għall-ġbir taż-żejt ta’ l-ikel mid-djar sabiex jiġi prodott il-bio-diesel.   

L-istess hu l-każ tal-karozzi li jaħdmu bl-elettriku li wkoll qed jingħataw inċentivi fiskali għal min jiddeċiedi li jixtri minnhom.  Ir-riforma fit-trasport pubbliku tinsab għaddejja b’ritmu sostenut u tinkludi diversi miżuri li qed jittieħdu biex jagħmlu s-servizz tabilħaqq wieħed li jilħaq ma’ dak li jixtieq il-pubbliku.  

L-istqarrija tal-Friends of the Earth ma ssemmi xejn dwar il-fatt li l-Gvern qed imexxi bl-eżempju.  It-twaqqif ta’ l-uffiċċju tal-Government Environmental Corporate Responsibility u t-twaqqif ta’ green leaders f’kull Ministeru aktar kmieni din is-sena huma biss eżempju wieħed.  F’dan il-kuntest irid jingħad li propju waħda mill-miri li ngħataw lil dawn il-green leaders hija li jwettqu energy audit f’ta’ lanqas bini wieħed f’kull Ministeru biex b’hekk ikun stabbilit kif tista’ titnaqqas il-ħela.  Barra minn hekk, kull Ministeru beda jibdel karozza waħda milli juża ma’ oħrajn li jaħdmu bl-elettriku.  

Hija ħasra li l-Friends of the Earth għażlet li tikkummenta mingħajr ma vverifikat il-fatti, kif ukoll li l-għaqda ambjentali lanqas biss hija konxja ta’ l-inizjattivi u l-miżuri li ħa jew qed jieħu l-Gvern.  Ma jfissirx li m’hemmx aktar xi jsir.  L-ambjent ta’ pajjiżna għandu bżonn wisq anqas kliem u kritika, u ħafna aktar azzjoni u fatti konkreti.  Ikun ferm aħjar li għaqdiet bħal Friends of the Earth japprezzaw il-bidla li qed issir u jipproponu wkoll suġġerimenti kostruttivi u sehem akbar.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow