STQARRIJA MIĊ-CHAIRPERSON, KUMMISSJONI NAZZJONALI DWAR L-ABBUŻ TA’ DROGA, ALKOĦOL U DIPENDENZI OĦRA, FUQ IR-RAPPORT NAZZJONALI DWAR IL-QAGĦDA TAD-DROGA F’MALTA
Xi reazzjonijiet fil-media dwar ir-Rapport Nazzjonali fuq il-Qagħda tad-Droga f’Malta, juru li xi punti jinħtieġu kjarifika.
L-abbuż problematiku ta’ l-eroina f’Malta jpoġġina fost pajjiżi bħal l-Italja, il-Portugall, il-Lussemburgu, id-Danimarka u r-Renju Unit. Pajjiżi oħrajn, bħal l-Olanda, il-Ġermanja, il-Finlandja, il-Greċja u l-Polonja, għandhom l-iktar rati baxxi fejn jidħol l-abbuż mill-eroina. Jidher li f’ħafna pajjiżi fl-Ewropa tal-Punent, qed jinbidlu l-preferenzi għat-tip ta’ droga li jabbużaw minnha. L-eroina m’għadiex ‘moda’, u dawn il-pajjiżi issa qed jippreferu droga oħra, bħal l-istimulanti, il-kokaina, l-amfitamina u l-l-ecstacy.
Punt importanti, iżda, hu li f’Malta huwa stmat li żewg terzi ta’ dawk li jabbużaw mill-eroina qed jirċievu l-kura, u li l-perjodu ta’ minn meta jibdew jabbużaw sakemm ifittxu l-kura huwa ta’ madwar erba’ snin. Dan huwa darbtejn iqsar minn dak tal-parti l-kbira tal-pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea (8 snin).
Dawn l-indikazzjonijiet juru li l-politika li tagħmilha faċli li persuna ssib il-kura, u li l-methadone jingħata minn post ċentrali, qegħda tahdem. Għaldaqstant, għalkemm Malta tidher li qegħda mal-grupp ta’ pajjiżi bl-ogħla rata ta’ teħid ta’ l-eroina, il-problema ġiet indirizzata permezz ta’ ċentru aċċessibli, jiġifieri d-Detox, u permezz tar-riabilitazzjoni u programmi oħra.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946