Left arrow Mur Lura

JINTEMM XOGĦOL INTENSIV TA’ RESTAWR FIL-KNISJA TA’ SANTA MARIJA TA’ ĊWERRA FIS-SIĠĠIEWI

PR0660
Date Icon 10/05/2005

Intemm ix-xogħol ta’ restawr fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ċwerra li tinsab fil-pjazza tar-raħal tas-Siġġiewi. Xogħol ta’ restawr li bħal bosta proġetti oħra twettaq minn ħaddiema tal-Gvern. Il-Ministru Ninu Zammit qal li l-ħidma sabiex tissaħħaħ il-kultura favur ir-restawr hija d-dover tagħna lkoll. “Huwa id-dover tagħna li ngħożżu il-ġawriet arkitettoniċi li ħallewlna missirijietna f’pajjiżna” tenna l-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura.  

Din il-knisja nbniet fl-1742 mid-Dumnikani tal-Birgu, fuq art imħollija mill-Gran Mastru Ramon Despuig. Il-knisja ħadet post kappella mibnija iktar minn seklu qabel. Il-kundizzjoni tal-ġebel tal-franka li minnu hi mibnija l-knisja tvarja ħafna. Din il-knisja kienet suġġetta għal diversi studji li saru mill-Università ta’ Malta fis-snin disgħin, u għaldaqstant kien possibbli li jkunu ndikati sew il-kawżi tal-ħsarat. Il-partijiet t’isfel kienu miksija u kienu relattivament f’kundizzjoni stabbli. F’nofs l-għoli tal-knisja, il-ġebla kienet ferm deterjorata, tant li f’diversi partijiet il-ġebla kienet mikula diversi centimetri ’il ġewwa. Dan kien kawża tal-kwalità inferjuri tal-ġebla. Il-bieb prinċipali nqala’ minn postu, u ġie restawrat u msaħħaħ sabiex reġa’ tpoġġa f’postu.  

Flimkien mas-Sindku, il- Perit Robert Musumeci, il-Ministru Ninu Zammit spjega li x-xogħol ta’ restawr f’kull proġett li qed iwettaq il-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura qed isir skond Konvenzjonijiet u metodi internazzjonali. L-għan prinċipali tar-restawr huwa wieħed li jirrispetta binja storika, u jgħaddieha b’mod l-iktar awtentiku lill-ġenerazzjonijiet futuri. Biex dan jintlaħaq, il-ġebla eżistenti qed titnaddaf u tissaħħaħ kif ukoll il-bdil ta’ ġebel qed ikun wieħed limitat. Il-Ministru Zammit enfasizza li permezz ta’ din il-filosofija ta’ restawr, jiġi żgurat li xogħol missirijietna jitħares u jitgawda anke minn uliedna.  

Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura għaddej b’ħidma intensiva fuq diversi proġetti ta’ restawr fuq bini storiku u importanti f’bosta bliet u rħula. Fost dawn insibu s-swar ta’ Hastings fil-Belt, il-Kappella ta’ San Ġakbu f’Ħal-Luqa, il-Knisja ta’ Sarria fil-Floriana, il-gallarija tal-Palazz Presidenzjali, il-Kappella Taljana fil-Kon-Kattidral ta’ San Ġwann u l-Akwadotti ta’ Wignacourt.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow