Left arrow Mur Lura

KAMPANJA GĦALL-ATTENZJONI FUQ IL-POSTIJIET TAX-XOGĦOL

PR0645
Date Icon 06/05/2005

“Jekk jogħġobkom tweġġgħux fuq il-post tax-xogħol”.  Dan kien il-messaġġ li s-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, għamel flimkien ma’ l-Awtorita` għas-Sigurta` u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, lit-tfal ta’ persuni self employed u ħaddiema biex huma jkunu aktar konxji mill-perikli li jistgħu jevitaw fuq il-post tax-xogħol.   

Is-Segretarju Parlamentari għamel żjarat f’numru ta’ skejjel primarji fil-lokalitajiet taż-żoni industrijali tal-Ħandaq, l-Imrieħel, Żebbuġ, Mosta u Ħal-Qormi.  L-għan ta’ dawn iż-zjarat kien biex it-tfal ikunu jafu b’miżuri ta’ sigurta` li jistgħu jittieħdu fuq il-post tax-xogħol, biex ikun evitat kull periklu.  Dawn il-laqgħat ta’ informazzjoni għat-tfal kienu maħsuba biex il-messaġġ jitwassal lill-ġenituri permezz tat-tfal.  

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo spjega li “l-ħsieb wara l-organizzazzjoni ta’ dawn il-laqgħat fi skejjel primarji kien biex it-tfal isiru konxji li jeżistu prekawzjonijiet li jistgħu jittieħdu fuq il-post tax-xogħol biex wieħed ma jweġġax.  Żgur li ħadd ma jixtieq li jweġġa’ xi ħadd mill-familja, u għalhekk nistenna li dawn it-tfal jitkellmu mal-ġenituri tagħhom, u l-ġenituri mbagħad jieħdu aktar prekawzjonijiet biex ma jweġġgħux.”  Dawn iż-żjarat fl-iskejjel jagħmlu parti minn xahar sħiħ ta’ attivitajiet li fihom ġew organizzati wkoll żjarat f’erba’ żoni industrijali, laqgħat ma’ imprendituri, kif ukoll ittellgħu esebizzjonijiet u ġie ddisinjat poster apposta.  

L-Onor. Edwin Vassallo, flimkien ma’ uffiċjal ta’ l-OHSA u mid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni, żar sitt skejjel fuq firxa ta’ tlett ġimgħat.  Dawn l-iskejjel kienu Żebbuġ Primarja B, Skola Primarja B San Bastjan, Skola Primarja B San Gorg, Skola Primarja B Mosta, Skola Primarja B Fleur De Lys, u Skola Primarja B Birkirkara.   

Waqt dawn iż-żjarat is-Segretarju Parlamentari tkellem mat-tfal u ma’ xi għalliema fuq is-sigurta` fuq il-post tax-xogħol b’mod ġenerali, imbagħad l-uffiċjal ta’ l-OHSA ta demostrazzjoni ta’ l-ilbies protettiv u t-tifsiriet ta’ sinjali ta’ sigurta’.  Preżenti wkoll għal dawn iż-żjarat kien Napo , il-mascot ta’ l-OHSA.  It-tfal intwerew ukoll video li fih Napo jidher jagħmel ħafna żbalji f’dik li hi sigurta`, imbagħad kellhom jgħidu x’inhuma dawn l-iżbalji, u x’jista’ jsir biex ma jiġrux inċidenti.  

Din l-inizjattiva tas-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed flimkien ma’ l-OHSA għandha sservi biex fost il-ħaddiema Maltin tinħoloq kuxjenza akbar dwar is-saħħa tal-ħaddiem u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow