Left arrow Mur Lura

IL-PRESIDENT U S-SINJURA FENECH ADAMI JŻURU SKOLA F’PEMBROKE

PR0627
Date Icon 04/05/2005

Il-President ta’ Malta, l-E.T. Dr. Edward Fenech Adami u s-Sinjura Fenech Adami żaru l-iskola San Miguel Febres Cordero f’Pembroke, għal tfal bi bżonnijiet speċjali.   

Waqt din iż-żjara il-President u s-sinjura Fenech Adami kienu akkumpanjati mis-Surmast ta’ l-Iskola, is-Sur George Borg li spjega kif il-klassijiet kollha huma attrezzati b’apparat speċjali biex jgħin lill-istudenti fil-bżonnijiet edukattivi tagħhom skond il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali. Is-Sur Borg ta tagħrif dwar id-diversi faċilitajiet li toffri din l-iskola.   

Fost dawn il-faċilitajiet hemm il-Hydrotherapy Area li fiha jsir użu mill-pool u minn apparat speċjali waqt il-Hydrotherapy Sessions sabiex jgħinu lill-istudenti jirrilassaw. Faċilita’ oħra hija dik tal-Multisensory Room attrezzata b’apparat speċjali, audio viżiv u elettroniku sabiex joħloq ambjent stimulanti u li joffri opportunita’ unika lil dawn l-istudenti biex b’hekk jipparteċipaw b’mod attiv fl-attivitajiet li jiġu ippreżentati.  

Waqt din iż-żjara il-President u s-sinjura Fenech Adami ltaqghu mal-istudenti ta’ din l-iskola li ilha miftuħa mill-1989, kif ukoll ma’ l-għalliema li b’dedikazzjoni kbira jipprovdu edukazzjoni ta’ kwalita` sabiex jiggarantixxu futur kif jixraq lil dawn it-tfal.  

Il-President qal li “kull tifel u tifla ghandhom dritt ghal edukazzjoni u dan id-dritt qed jinghatalhom b’mod konkret mill-iskola ta’ San Miguel Febres Cordero li filwaqt li toffri ambjent haj u kreattiv qed toħloq garanzija li fil-futur l-istudenti jkunu jistgħu jiġu integrati fid-dinja tax-xogħol.”  

Il-President Fenech Adami faħħar ix-xogħol professjonali li b’dedikazzjoni dawn l-għalliema qed joffru lil dawn l-istudenti.  Huwa saħaq li għalkemm ta’ kuljum l-għalliema kif wkoll il-ġenituri jiltaqgħu ma’ numru ta’ diffikultajiet, is-suċċess li nkiseb minn din l-iskola għandu jkun ta’ inkoraġġiment.  

Għal din l-okkażżjoni tnehdiet il-website uffiċjali ta’ l-iskola (schoolnet.gov.mt/sanmiguelschool ) li fiha wieħed jista’ jsib informazzjoni varja dwar l-iskola.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow