Left arrow Mur Lura

IL-MATERJAL MIĠBUR MILL-BRING-IN SITES KWAŻI RDOPPJA F’SENA WAĦDA

PR0625
Date Icon 04/05/2005

Il-materjal miġbur mill-bring-in sites kważi rdoppja fl-aħħar sena.  B’kollox il-materjal miġbur mill-bring-in sites tela’ minn 77,000 kilo għal 139,000 kilo f’sena waħda biss.  

Dan qalu l-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino waqt attivita’ li matulha l-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema qassam waste separation bins lill-iskejjel kollha li jinsabu fil-lokalita’.  Barra minn hekk fl-istess attivita’ tqassmu wkoll basktijiet taċ-ċarruta lill-istudenti minn Smart Supermarket.  

L-istatistika mħabbra mill-Ministru Pullicino turi li l-ammont ta’ karta miġbura tela’ minn 38,000 kilo għal 68,000 kilo; l-ammont ta’ plastik miġbur tela’ minn 13,000 kilo għal 20,000 kilo; l-ammont ta’ metall miġbur tela’ minn 4,200 kilo għal 10,000 kilo; u l-ammont ta’ ħġieġ miġbur tela’ minn 22,200 kilo għal 41,000 kilo.  

Il-Ministru George Pullicino żied jgħid li bħal lum sena kien hawn f’Malta u Għawdex 25 bring-in site filwaqt li llum għandna 68.  B’hekk, fl-aħħar sena kien hemm progress sostanzjali kemm fl-użu tal-bring-in sites kif ukoll fin-numru ta’ lokalitajiet li fihom hemm bring-in site.  Hu qal li dawn iċ-ċifri jikkonfermaw kemm hawn għarfien akbar fost il-poplu fuq temi ambjentali u dan grazzi għal inizjattivi bħalma ħa l-kunsill lokali ta’ Tas-Sliema  

George Pullicino faħħar ukoll l-inizjattiva ta’ Smart Supermarket, u qal li din tikkonferma kemm is-settur privat ukoll qed jagħraf dejjem aktar ir-responsabiltajiet tiegħu u qed ikun lest li jieħu inizjattivi favur l-ambjent.  Hu ħeġġeġ biex aktar kumpaniji jieħdu minn dawn l-inizjattivi għaliex l-ambjent mhuwiex responsabbilta’ tal-Gvern biss imma ta’ kulħadd.  

Fl-aħħarnett il-Ministru Pullicino qal li l-Gvern qed iħejji diversi attivitajiet biex ifakkar Jum l-Ambjent  li jigi ċċelebrat fil-5 ta’ Ġunju.  Dawn l-attivitajiet li se jdumu ġimgħa ser jilħqu l-qofol tagħhom b’attivitajiet li se jsiru fi Ġnien l-Indipendenza f’Tas-Sliema, fl-4 u l-5 ta’ Ġunju li ġej.  Filwaqt li appella għas-sehem ta’ kulħadd, George Pullicino qal li aktar dettalji dwar dawn l-attivitajiet mistennija jitħabbru fil-jiem li ġejjin.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow