Left arrow Mur Lura

RAPPORT DWAR L-EFFIĊJENZA TAL-KUNSILLI LOKALI

PR0622
Date Icon 03/05/2005

Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali ippubblika u qed iqassam lill-Kunsilli Lokali it-tieni Rapport għas-sena 2004 dwar l-Effiċjenza tal-ħidma tal-Kunsilli Lokali li jkopri l-perjodu April - Lulju 2004.  

Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern poġġa dan ir-Rapport fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti nhar it-Tlieta, 26 ta’ April 2005.  

Dan huwa l-wieħed u tletin Rapport li tressaq fil-Kamra tar-Rappreżentanti.  

F’dan ir-rapport wieħed jista’ janalizza fid-dettal ir-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet li saru bejn April – Lulju 2004, kif ukoll iqabbel kemm mar-riżultati li kienu jkopru l-perjodu April – Lulju 2003, kif ukoll mal-marka medja attwali tal-Kunsilli Lokali assessjati bejn April – Lulju 2004.  

F’dan il-perjodu d-Dipartiment spezzjona u analizza terz tal-Kunsilli Lokali, sittax-il Kunsill Lokali f’Malta u tmienja f’Għawdex.  

Fil-konklużjoni tar-rapport qed toħroġ statistika li turi l-Kunsill Lokali bl-ogħla marka medja, kif ukoll il-Kunsill Lokali bl-anqas marka medja.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow