Left arrow Mur Lura

GĦARFIEN NAZZJONALI ŻGĦAŻAGĦ FIS-SOĊJETA’

PR0613
Date Icon 02/05/2005

Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea attenda għal serata li saret mis-Sezzjoni taż-Żgħażagħ tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni biex jingħata l-Għarfien Nazzjonali Żgħażagħ fis-Soċjetà, għarfien li jingħata ta’ kull sena lil dawk l-għaqdiet taż-żgħażagħ li matul is-sena ta’ qabel ikunu wettqu ħidma volontarja kemm f’pajjiżna kif ukoll barra minn Malta .  Is-serata saret fis-sala Erin Serracino Ingott, fl-Università ta’ Malta  

Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Galea qal li l-għaqdiet li jkunu qed jingħataw dan l-għarfien huma biss rappreżentazzjoni żgħira ta’ l-ammont kbir ta’ żgħażagħ u għaqdiet li jwettqu ħidma importanti u essenzjali f’oqsma differenti.  Hu tenna li l-Gvern jimxi b’politika ta’ appoġġ lill-għaqdiet u mhux ta’ ħidma diretta għax jemmen li ħadd aktar mill-għaqdiet innifishom m’huwa kapaċi joffri s-servizzi u l-appoġġ li għandhom bżonn iż-żgħażagħ.  Il-Ministru qal li l-għaqdiet taż-żgħażagħ illum għandhom opportunitajiet ta’ finanzjament u appoġġ ferm ikbar milli qatt kellhom u dan permezz tad-diversi programmi li toffri l-UE.  Madankollu, tenna l-Ministru, l-opportunitajiet m’humiex biss finanzjarji għax il-programmi ta’ l-UE joffrulhom opportunitajiet ta’ networking, skambji u qsim ta’ l-informazzjoni li l-valur tagħhom hu bil-wisq akbar.  Hu temm jawgura lill-għaqdiet li ġew nominati u lill-għaqdiet kollha taż-żgħażagħ aktar ħidma għall-ġid taż-żgħażagħ u tal-komunitajiet fejn jaħdmu.   

Din is-sena ħmistax-il organizzazzjoni ġew nominati u minn dawn l-organizzazzjonijiet, il-kumitat ta’ l-għażla, għażel sitta.  Dawn l-organizzazzjonijiet huma:  

·  Generades Youth Group

·  SPYS – Salesian Pastoral Youth Service

·  Youth 4 Life

·  Youths@local

·  ZAK Tarxien

·  Zest Youth Group  

Ir-Rebbieħa tal-Premju Għarfien Nazzjonali Żgħażagħ fis-Soċjeta' għal din is-sena hu l-grupp 'Youth 4 Life' li ngħataw is-somma ta' Lm500 u plakka kommemorattiva.  

It-Tieni Premju ta' Lm200 ingħata lil SPYS (Salesian Pastoral Youth Service) filwaqt li l-Generades Youth Group ġew fit-Tielet Post u ngħataw Lm100.  

Youths@local, ZAK Tarxien u Zest Youth Group ukoll ingħataw Lm75 bħala rikonoxximent għall-ħidma tagħhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow