Left arrow Mur Lura

ATT DWAR L-GĦAJNUNA FINANZJARJA LILL-INDUSTRIJI TAL-BIEDJA U TAS-SAJD (KAP. 146)

PR0609
Date Icon 29/04/2005

Applikazzjoni għall-għajnuna f’ żoni f’ termini tar-Regolamenti dwar l-Aġenzija tal–Pagamenti, 2005  

Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja u s-Sajd javża li b’ riferenza għall-avviż tal-Gvern Nru. 141, ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern  tal-15 ta’ Frar 2005, qed jiġi avżat illi d-dati ta’ l-egħluq biex jintlaqgħu applikazzjonijiet għall-għajnuna f’ żoni għas-sena 2005  għall-iskemi elenkati hawn taħt, qed jiġu estiżi kif ġej:  

 Skema ta’ Għajnuna

Data ta’ l-egħluq

1.

Għajnuna għall-qmuħ, ċereali u mgħalef ieħor

11 ta’April

2.

Frott u ħxejjex għall-produzzjoni

6 ta’ Mejju

3.

Frott u tadam għall-ipproċessar

6 ta’ Mejju

4.

Patata

6 ta’ Mejju

5.

Ħitan tas-sejjieħ

6 ta’ Mejju

6.

Awtoktoni

6 ta’ Mejju

7 .

Biedja organika

6 ta’ Mejju

8.

Żoni żvantaġġjati għall-iskemi ta’ għajnuna

6 ta’ Mejju

9.

Miżuri “ad hoc” għall-bdiewa  full-time

6 ta’ Mejju

Qed jiġi avżat ukoll li t-tnaqqis ta’ 4% għall kull ġurnata ta’ xogħol, kif imsemmi f’ paragrafu 12 (a) ta’ l-istess avviż, qed jiġi emendat għal 1% kull ġurnata ta’ xogħol.  

B’dan l-effett, l- estensjoni ta’ 25 jum li japplika tnaqqis ta’ 1% kull ġurnata ta’ xogħol għall-għajnuna għar-raba’ saqwi, qed jiġi estiż sas-6 ta’ Mejju 2005.  

Applikazzjonjiet  għall-għajnuna ser ikomplu jintlaqgħu fiċ-ċentri msemija hawn taħt:  

1. Għammieri, Marsa

2. Uffiċju ta’ l-Agrikoltura (IACS),  Rabat, Għawdex  

Dispozizzjonijiet oħra indikati preċedentament ser jibqgħu fis-seħħ.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow