Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TA’ L-OMBUDSMAN

PR0604
Date Icon 29/04/2005

Il-ħidma mill-Uffiċċju ta’ l-Ombudsman biex iġib ’il quddiem id-dritt tal-Maltin għal amministrazzjoni pubblika li taħdem tajjeb kompliet matul din il-ġimgħa meta l-Ombudsman stieden lis-Sindki u s-Segretarji Eżekuttivi tal-kunsilli kollha ta’ Malta u Għawdex għal laqgħat li saru apposta fuq dan is-suġġett.  

Matul dawn il-laqgħat l-Ombudsman saħaq li l-Maltin kollha għandhom dritt għal trattament ġust u xieraq u servizz effiċjenti fi żmien raġonevoli sew mill-gvern ċentrali kif ukoll mill-awtoritajiet lokali.  L-Ombudsman saħaq li l-kunsilli lokali għandhom jimxu fuq il-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba fil-kuntatti kollha tagħhom mal-pubbliku u semma bosta eżempji ta’ kif amministrazzjoni pubblika tajba għandha titwettaq fil-prattika.  

Matul dawn il-laqgħat uħud mis-Sindki u mis-Segretarji Eżekuttivi tkellmu dwar id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom biex huma jkunu jistgħu jimxu fuq dawn il-prinċipji u jwettquhom.  Huma talbu l-parir ta’ l-Ombudsman dwar l-aħjar mod kif għandhom iwettqu dawn il-prinċipji f’oqsma bħalma huma l-kontroll tat-traffiku, il-ħidma biex toroq jinżammu fi stat tajjeb kif ukoll il-kuntatti ma’ ażjendi pubbliċi.    

Fl-istess ħin is-Sindki u s-Segretarji Eżekuttivi saħqu li huma jaqblu ma’ l-għan ta’ l-Ombudsman li ċ-ċittadini għandhom ikunu l-qofol tal-ħidma tagħhom u li l-kunsilli lokali għandhom jaħdmu bla heda favur id-drittijiet taċ-ċittadini meta jkunu qed iwettqu l-funzjonijiet tagħhom skond l-Att dwar il-Kunsilli Lokali.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow