Left arrow Go Back

SOLIDARJETA’ MILL-KANTANTI MA’ MIN HU FIL-BŻONN

PR0601
Date Icon 28/04/2005

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, Francis Zammit Dimech qal li kien ta’ pjaċir għalih jassisti għat-tnedija ta’ CD mtella’ mill-kantanti li pparteċipaw fil-finali tal-‘Malta Song Festival’ li l-qliegħ minnha se jmur għal skop filantropiku. Hu qal li l-kantanti, li flimkien kienu qed ikantaw din il-kanzunetta, kienu qed juru solidarjeta’ ma’ dawk fil-bżonn u dan kien ta’ min jinkoraġġieh. Il-preżenza tal-Prim Ministru Lawerence Gonzi għal din it-tnedija turi wkoll l-appoġġ tal-Gvern għal inizjattivi ta’ din ix-xorta.  

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-kanzunetta kienet il-lingwa internazzjonali li kien jifhem kulħadd. Hu qal li l-kanzunetta Maltija kienet tagħmel parti essenzjali mill-kultura tagħna u għalhekk mhux biss kien qed isir minn kollox biex tkun inkoraġġita iżda anke biex tinxtered f’pajjiżi oħra. Hu qal li kien jemmen li l-kantanti kienu ambaxxaturi ta’ pajjiżna għaliex meta jmorru jkantaw ’l barra minn xtutna dawn ikunu qed jirrapreżentaw lil Malta.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura fakkar li issa li ntagħżlet il-kanzunetta Maltija u min kien se jkantaha, il-ħidma tagħna kellha tkun konċentrata fid-direzzjoni li l-kanzunetta “Angel”, kantata minn Chiara, tingħata l-promozzjoni kollha meħtieġa mhux biss f’pajjiżna iżda barra pajjiżna biex kulħadd jismagħha u hekk ikun jista’ japprezzaha aħjar. Hu qal li meta Chiara irrapreżentat lil Malta tatna sodisfazzjon kbir u awgura li fil-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena dan is-sodisfazzjon ikun akbar.  

Francis Zammit Dimech qal li biex wasalna għal din l-għażla kien hemm għażla oħra li riedet issir qabel, dik tat-22 kanzunetta u kantanti li pparteċipaw fil-Festival għall-Kanzunetta ta’ l-Ewropa. Hu qal li t-22 kantant għexu weekend flimkien u waqt li kienu flimkien ġiethom l-idea li jikkomponu u jkantaw kanzunetta li tkantat fil-bidu tal-Festival Kanzunetta għall-Ewropa. Ħsieb li wera li minkejja li l-kantanti kienu qed jikkompetu bejniethom għal min minnhom jirrappreżenta lil Malta, bejniethom kien hemm l-għaqda li ħaddnu għal skop filantropiku.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura rringrazzja lill-kantanti kollha li waslu sal-finali tal-Kanzunetta għall-Ewropa għall-ġest sabiħ tagħhom u awgura li l-kanzunetta “Euro Livin” jkollha s-suċċess mixtieq mal-Maltin u l-Għawdxin kollha. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow