Left arrow Go Back

GĦAQDIET MHUX GOVERNATTIVI GĦAWDXIN LURA MINN MAWRA FIL-ĠERMANJA

PR0579
Date Icon 25/04/2005

Ir-riżultati ta’ survey tri-dimensjonali tat-Tempji tal-Ġgantija fix-Xagħra Għawdex ser jiġu ppreżentati uffiċjalment mill-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono liċ-Chairman ta’ Heritage Malta Dr Mario Tabone waqt attivita’ li ser issir nhar il-Ħamis 28 t’April, fit-Tempji tal-Ġgantija fis-6.00pm.  

Esperti tal-Kumpanija Taljana li għamlet dan ix-xogħol ser ikunu f’Għawdex biex jippreżentaw ir-riżultati tas-survey li għadhom kemm lestew; l-ewwel wieħed tat-tip tiegħu li jinkludi l-kumpless sħiħ tat-tempji preistoriċi Maltin.  

Dan is-survey ġie finanzjat mill-fondi ta’ Solidarjeta’ ta’ l-Unjoni Ewropea li ġew mogħtija biex jgħinu lil Malta fil-ħsarat li ġarrbu diversi postijiet f’Malta u Għawdex fil-maltempata ta’ Settembru 2003.  

Il-pubbliku ġenerali huwa mistieden li jattendi għal din il-preżentazzjoni iżda huwa rakkomandat li min ikun ser jattendi jikkonferma l-attendenza tiegħu fuq in-numru 21564188 sa’ l-Erbgħa 27 t’April.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow