Left arrow Go Back

23 TA’ APRIL - JUM DINJI TAL-KTIEB

PR0571
Date Icon 22/04/2005

Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea ipparteċipa flimkien ma’ numru kbir ta’ tfal f’attivitajiet li ġew organizzati fiċ-Ċentru għall-Kreattività fil-Kavallier ta’ San Ġakbu fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ktieb u d-dritt ta’ l-Awtur.  Il-Jum Dinji tal-Ktieb jiġi ċelebrat kull sena fit-23 ta’ April li jaħbat ma’ l-anniversarju tal-mewt ta’ Shakespeare u Miguel de Cervantes li kiteb il-famuż “Don Quixote de la Mancha”. F’din il-ġurnata madwar id-dinja jsiru diversi attivitajiet biex iħajru aktar nies jaqraw u jgħożżu l-kotba u fl-istess ħin biex ikun hawn aktar kuxjenza dwar id-drittijiet ta’ l-Awtur.  

Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni flimkien ma’ l-iSchool Library Association ħadmu flimkien ma’ l-iskejjel biex f’din il-ġimgħa jsiru attivitajiet li jippromwovu l-qari u l-kotba kif ukoll l-użu tal-libreriji.  Matul Library Week tqassmu wkoll fuljetti u bookmarks b’messaġġi pożittivi dwar il-qari minn diversi personalitajiet.  

Fiċ-Ċentru għall-Kreattività kienu organizzati diversi attivitajiet li jinkludu qari kreattiv u ‘storytelling’; it-tfal kellhom l-opportunità jiltaqgħu ukoll ma’ Ira Losco li qratilhom storja u ma’ diversi awturi magħrufa.  F’attività oħra organizzata mid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni, il-Ministru qassam ammont kbir ta’ kotba lil tfal u skejjel li pparteċipaw f’kompetizzjoni marbuta mal-jum dinji tal-ktieb.  Waqt iż-żjarat tiegħu l-Ministru kellu l-opportunità jaqra mat-tfal, u jqassam diversi kotba lit-tfal u lill-iskejjel li pparteċipaw.   

Meta kien qed jitkellem mat-tfal, il-Ministru ħeġġiġhom jgħożżu l-kotba kemm bħala sors ta’ għerf kif ukoll ta’ divertiment.  Louis Galea qal li kull jum għandu jkun jum il-ktieb fis-sens li m’għandniex niftakru fil-kotba darba fis-sena biss imma l-ħin kollu.  Hu ħajjar lit-tfal jużaw aktar il-libreriji ta’ l-iskejjel u dawk pubbliċi u biex ipartu l-kotba ma’ sħabhom biex ikollhom aktar x’jaqraw. Hu temm jirringrazzja lill-awturi partikolarment lil dawk Maltin li jipproduċu xogħol imprezzabbli.  Kulħadd, inkluż it-tfal għandhom ikunu rikonoxxenti lejn dawn l-awturi u jirrispettaw id-drittijiet tagħhom bħala awturi ( jiġifieri l-copyright).   

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow