XOGĦOL FL-ISKOLA TA’ ĦAL-KRKOP
B’referenza għall-Istqarrija għall-istampa maħruġa mis-Sindku tal-Kunsill Lokali Kirkop is-Sur Mario Salerno , il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni jixtieq jagħmel dawn ir-rimarki:
Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni diġa` investa b’mod sostanzjali biex l-iskola primarja ta’ Ħal Kirkop ikollha klassijiet u faċilitajiet edukattivi mill-aħjar. Xogħol ieħor kien beda jsir fuq il- ‘ground’ ta’ l-iskola.
Wara li ġew solvuti numru ta’ diffikultajiet li kellha l-FTS, ix-xogħol fuq dan il-ground ser jitkompla biex ikun lest għall-użu tat-tfal ta’ l-iskola għas-sena skolastika li jmiss li tibda f’Settembru li ġej.
Il-Ministru Louis Galea flimkien ma’ delegazzjoni ta’ l-FTS din il-ġimgħa żar l-iskola u l-ground tagħha u fil-preżenza tal-kap ta’ l-iskola, ġie mogħti t-tagħrif meħtieġ dwar ix-xogħol li ser isir.
Il-ground li fuqu qed jaħdem il-Ministeru permezz ta’ l-FTS ser jinkludi faċilita` għal dixxiplini sportivi differenti kif ukoll faċilitajiet sanitarji u dressing rooms. Il-ground huwa parti mill-iskola u ser jibqa` taħt ir-responsabbilita` tad-direzzjoni ta’ l-awtoritajiet edukattivi.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946