L-AMBAXXATUR TA’ MALTA GĦALL-FEDERAZZJONI RUSSA JIPPREŻENTA L-KREDENZJALI
L-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Federazzjoni Russa, Dott. Mario Costa, ippreżenta l-kredenzjali lill-President Russu Vladimir Putin nhar l-Erbgħa 20 ta’ April. Iċ-ċerimonja qasira, li matulha ppreżentaw il-kredenzjali sitt ambaxxaturi oħra, saret fil-Kremlin.
F’diskors qasir fi tmiem iċ-ċerimonja, il-President Putin tkellem fuq il-politika barranija Russa u irrefera għar-relazzjonijiet ta’ pajjiżu mal-pajjiżi rappreżentati mis-sebgħa ambaxxaturi. Meta tkellem fuq Malta, Putin semma r-relazzjonijiet tradizzjonali ta’ ħbiberija li jeżistu bejn Malta u r-Russja u fisser ix-xewqa li dawn ikomplu jissaħħu.
L-Ambaxxatur Costa wassal it-tislijiet tal-President ta’ Malta, Dr. Edward Fenech Adami lill-President Putin u li min-naħa tiegħu tenna li jixtieq ikompli jiżviluppa l-kuntatti ma’ Malta.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946