KREDITU TA’ TAXXA LIL NISA LI JIRRITORNAW GĦAX
Fl-aħħar ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern ġew publikati r-regoli dwar kreditu ta’ taxxa li jingħata lil nisa li jirritornaw għal impjieg. Dawn ir-regoli li jidħlu fis-seħħ mis-sena ta’ stima 2006 huma parti mill-pakkett ta’ inċentivi li qed joffri l-Gvern biex iħajjar aktar nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol skond il-Pjan Nazzjonali ta’ Azzjoni għall-Impjiegi u li tħabbru fl-aħħar budget.
Dawn ir-regoli japplikaw għal nisa li jkunu għadhom ma laħqux l-età ta’ l-irtirar u li jirritornaw għal impjieg wara l-1 ta’ Jannar, 2005 wara li jkunu ilhom neqsin minn kull attività bi qligħ għal mill-anqas ħames snin qabel u li, barra minn hekk, kienu preċedentement f’impjieg għal mill-anqas erbgħa u għoxrin xahar konsekuttiv.
L-avviż legali jagħti aktar dettalji dwar min hu eliġibbli għal dan il-kreditu u għal min dawn ir-regoli ma japplikawx. Dawk li jikkwalifikaw għal din l-iskema ikunu jistgħu igawdu minn kreditu ta’ taxxa ta’ Lm 700 li jingħata permezz ta’ tpaċija kontra t-taxxa fuq id-dħul.
Avviż Legali 110 ta' l-2005
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946