I.T. CAREERS FAIR FIL-KULLEĠĠ DE LA SALLE
Il-Ministru għall-Industrija, Investiment u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni, l-Onor. Austin Gatt, illum żar l-IT Careers Fair organiżżata mill-Kulleġġ De La Salle fl-istess Kulleġġ fil-Cottonera.
Tul din iż-żjara il-Ministru Gatt kellu l-opportunita’ li jiltaqa’ ma’ għadd ta’ studenti li kienu qed iżuru din il-fiera, kif ukoll wieġeb mistoqsijiet minn dawk preżenti. Austin Gatt fisser l-importanza tal-ICT għall-iżvilupp ekonomiku u l-kompetittivita’ ta’ pajjiżna.
B’kollox hemm 30 esibitur, u hija miftuħa għall-istudenti tal-Form IV Form V ta’ l-Kulleġġ kif ukoll għall-istudenti tas-sixth form, l-istudenti tal-kulleġġ Stella Maris, kif ukoll l-istudenti ta’ l-iskejjel ta’ l-inħawi.
Il-Ministru Gatt kien akkumpanjat minn Bro. Martin Borg, d-Direttur tal-Kulleġġ, Norbert Zahra, Kap ta’ l-Iskola u minn Father Dominic Scerri, Delegat ta’ l-Ariċisqof għall-Iskejjel tal-Knisja.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946