Left arrow Mur Lura

GĦAJNUNA GĦALL-START-UPS INNOVATTIVI

PR0553
Date Icon 20/04/2005

Għalkemm għandna komunità kummerċjali kuraġġuża li tinvesti f’pajjiżna, il-kultura imprenditorjali f’pajjiżna għad baqgħalha fejn tikber. Huwa għalhekk li l-Malta Enterprise nidiet l-iStart-Up Support Framework li huwa qafas ta’ programmi u inizjattivi li jgħin il-ħolqien u l-iżvilupp ta’ intrapriżi innovattivi.  

Il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni, Austin Gatt qal li l-kriterji li bih tagħti priorità l-Malta Enterprise , skond din il-politika tal-Gvern huma kemm idea hi innovattiva u kemm idea hi rilevanti fl-ekonomija ta’ l-informazzjoni. Dan għax il-ġid li joħolqu dawn l-ideat m’hux biss rilevanti għall-investitur iżda għall-ekonomija kollha li ssir aktar kompetittiva u tikber b’rata aktar mgħaġġla.  

Il-Ministru Austin Gatt fisser li din l-inizjattiva trid tittieħed fil-kuntest tal-ħidma tal-Gvern biex ikun hawn investiment fl-ideat u fin-nies u fl-entrepreneurship tal-Maltin. Il-KBIC twaqqaf biex jagħti l-possibilta’ lill-investitur Malti jingħata l-għajnuna fil-bidu tal-proċess tat-twaqqif ta’ entrepenuership. Il-Ministru Gatt fisser li l-KBIC huwa suċċess bil-fatti. Huwa fisser li fit-tliet snin u nofs li ilu jopera il-KBIC, laqa’ u għen tiżviluppa 26 intrapriża. Il-Ministru Gatt fisser li dan huwa suċċess kbir għax jixhed li l-Malti huwa kapaċi u lest li jieħu r-riskju. L-għan ta’ dawn l-inizjattivi huwa li jgħin fl-ewwel passi li tant huma essenzjali fil-ħolqien ta’ l-intrapriża.  

Is-sur Philip Micallef, Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise fisser dawn l-inizjattivi bħala inizjattivi immirati lejn start-ups innovattivi. Huwa fakkar li l-istrateġija ta’ l-Lisbona timmira li 3% tal-Prodott Gross Domestiku jkun iffukat fuq R&D. Is-Sur Micallef irrefera wkoll għall-fatt li l-KBIC huwa xhieda tal-ħidma tal-ME biex tgħin lill-intrapriżi innovattivi. Fil-fatt il-Malta Enterprise diġa tat taħriġ lill-1900 persuna liema taħriġ huwa iffukat lejn start-ups innovattivi.  

Ray Muscat, Chief Officer for Enterprise Support tal-Malta Enterprise ta’ dettalji dwar dawn l-inizjattivi. Dan il-qafas ta’ programmi jinkludi taħriġ, start-up coach u aċċess għal start-up loan guarantees. (Dettalji isegwu)  

Fi tmiem il-konferenza ta’ l-Aħbarijiet, il-Ministru Austin Gatt qal li jekk ikollok politika għaqlija li tgħin l-ideat, politika ċara industrijali li tmur għal dak li huwa eċċellenti, tistgħa tirriżulta f’suċċess għax l-entrepreneur Malti huwa kapaċi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow