Left arrow Mur Lura

LAQGĦA TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI TA’ L-UNJONI EWROPEA

PR0546
Date Icon 19/04/2005

Il-Ministru Censu Galea jisħaq fuq il-Kompetittivita’ f’oqsma kruċjali ta’ l-ekonomija  

L-importanza tan-negozji zgħar u medji, it-tfassil ta’ regolamenti aħjar biex jgħinu lill-ekonomija u l-kompetittivita’ fis-settur turistiku kienu diskussi l-bieraħ fil-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea mill-Ministru Għall-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni Censu Galea.  

Meta kien qiegħed jitkellem fi ħdan il-Kunsill tal-Ministri hu qal li Malta tappoġġja l-isforzi kollha li qed tagħmel fl-Unjoni Ewropeja fil-promozzjoni tal-kompetitivita’ billi titfassal regolamentazzjoni aħjar għat-tkattir tan-negozju.  “Il-Kummissjoni għandha tassigura, li meta tidentifika oqsma ta’ politika bħala prijoritajiet għas-simplifikazzjoni ta' leġislazzjoni li tippromwovi l-kummerċ, ir-riżultat aħħari għandu jkun ta’ benefiċċju għall-Istati Membri kollha  Dawn il-miżuri għandhom itejbu wkoll l-impatt amministrattiv u regolatorju fir-rigward ta’ l-intrapriżi kollha, speċjalment dawk żgħar u ta’ daqs medju.   Malta taqbel ukoll ma’ l-użu ta’ standards Ewropej bħala support tekniku u possibilment dawn ikunu ta’ alternattiva għall-leġislazzjoni”.

Madankollu l-Ministru Censu Galea emfasizza li Malta tqis li għandħa tingħata attenzjoni partikolari sabiex l-eżerċizzju ta’ simplifikazzjoni u leġislazzjoni aħjar ma’ jirriżultax f’piż amministrattiv ġdid.

Il Ministru għall-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni  appoġġja inizjattivi għat-tfassil u l-adozzjoni ta’ politika ekonomika aktar b’saħħitha madwar l-Unjoni Ewropea. Ir-rakkomandazzjoni ssejjaħ għal politika effettiva li tindirizza r-riġidita’, fallimenti, u nuqqas ta’ flessibilita’ li jinbtu mill-ekonomija Ewropea in ġenerali.

“Dawn il-gwidi għandhom ikunu ta’ benefiċċju partikolari minħabba l-kontribut tagħhom sabiex jintlaqgħu l-miri ta’ Lisbona.  Dan billi huma qrib tal-bżonnijiet ekonomiċi ta’ kull Stat membru billi jħallu lil kull wieħed jagħżel l-prijoritajiet tiegħu għal azzjoni li għandu bżonn. Tinħass ukoll, il-ħtieġa ta’ proċess aktar iffukat u simplifikat fir-rappurtaġġ għal pajjiżi membri żgħar li jiffaċċjaw il-problema ta’ riżorsi limitati” qal il-Ministru Censu Galea.

Meta kien qed jitkellem fuq l-importanza tar-riċerka u l-iżvilupp u n-negozji ta’ daqs zgħir u medju, l-Ministru Galea qal li Malta tappoġġja t-twaqqif ta’ pjattaformi teknoloġiċi li jipprovdu valur miżjud. “Għandu jsir kull sforz sabiex ikunu nvoluti intrapriżi nnovativi żgħar u ta’ daqs medju mill-Istati Membri kollha f’dawn il-pjattaformi sabiex b’hekk jissaħħah it-twaqqif ta’ ekoloġija industrijali mifruxa fl-

Ewropa kollha, fejn kumpaniji kbar mhux biss jibbenefikaw iżda jiggwidaw networking innovitiv aktar wiesa. Bl-istess mod Malta tappoġġja ċentri ta’ eċċellenza sakemm dawn ikunu aċċessibbli għal kulħadd”.

Il-Ministru Galea qal li Malta tappoġġja wkoll bis-sħiħ il-proposta li l-budget jirdoppja u għalhekk tħoss li użu għaqli tal-fondi huwa kruċjali. Minbarra li tassigura li l-koordinazzjoni nterna tal-programmi għandha tkun effettiva ħafna, ir-rabta ma’ inizjattivi oħra bħal programm għall-kompetittivita’ u l-innovazzjoni, l-Istitut Ewropew tat-Teknoloġija u l-Programmi tal-Fondi Strutturali huma kruċjali wkoll.

Il-Ministru Għall-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni tkellem ukoll dwar is-sostenibbilita' fis-settur turistiku Ewropew. Hu saħaq li dan s-settur hu mportanti ħafna sabiex tintlaħaq il-kompetittivita' tant meħtieġa u biex jintlaħqu l-għanijiet principali ta' l-Istrategija ta’ Lisbona għat-tkabbir ekonomiku u żieda fli-impjiegi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow