Left arrow Mur Lura

TMINTAX IL-NUTAR JINGĦATAW IL-WARRANT

PR0544
Date Icon 18/04/2005

Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor.  Dr Tonio Borg ippreżenta l-warrants lil tmintax-il nutara ġodda.  

Wara li ferah lin-nutara ġodda, il-Ministru Borg qal li ma jistax ma jenfasizzax il-ħtiega li n-nutara kollha jaġixxu professjonalment u jimxu dejjem skond il-liġi. Skond il-Ministru Borg, ħidmet in-nutar għandha tkun dejjem ‘above board’ biex jiġi assigurat li r-reputazzjoni professjonali notarili tinżamm ‘l fuq minn kull suspett.  Mhux biżżejjed li n-nies tgħid li nutar jagħmel kuntratt tajjeb iżda importanti li tgħid li huwa nutar tajjeb u jimxi b’mod diliġenti. Huwa qal li n-nutar, bħala uffiċjal pubbliku għandu dejjem iżomm l-indipendenza u jkun imparzjali.  

Il-Viċi Prim Ministru qal li bħalissa  il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern flimkien mal-Kunsill Notarili qed jaħdmu biex jitħejja Kodiċi ta’ Etika għan-nutara.  Dan il-Kodiċi għandu jkun ta’ referenza mportanti għan-nutara fil-qadi ta’ dmirijiethom.  

Il-Ministru Tonio Borg għalaq billi awgura lin-nutara ġodda suċċess fix-xogħol delikat taghom. Huwa awgura ukoll li r-relazzjoni tajba li teżisti bejn il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern u l-Kunsill Notarili tkompli tissaħħah għal ġid tal-professjoni tan-nutara kif ukoll għall-benefiċċju tal-pubbliku.  

Preżenti għall-preżentazzjoni kien hemm Dr Roland Wedge, Viċi President tal-Kunsill tan-Nutara u Dr Cora Vella, Nutar tal-Gvern.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow