Left arrow Go Back

L-ATTIVITA` KUMMERĊJALI TISTA’ TOĦLOQ AKTAR IMPJIEGI JEKK TKUN MGĦEJJUNA TAĦDEM

PR0543
Date Icon 18/04/2005

“Iż-żjieda ta’ 1,033 impjieg ġdid li joriġinaw mill-attivita` kummerċjali, irrappurtata bejn Novembru 2003 u Novembru 2004, tixhed li din l-attivita` kapaċi toħloq aktar impjiegi, kemm-il darba tkun iffaċilitata biex taħdem bla xkiel.  Dan juri ċar kemm huwa importanti li dan is-settur ikompli jkun mgħejjun jissaħħaħ, biex b’hekk ikomplu jiżdiedu l-impjiegi fl-attivita` kummerċjali.”  Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo ta l-kummenti tiegħu għall-istatistika dwar l-impjiegi li ħarġet mill-Uffiċju Nazzjonali ta’ l-iStatistika.  

Is-Segretarju Parlamentari Vassallo qal li “settur li fuq medda ta’ tmien snin dejjem żdied kien dak tal-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut (wholesale and retail).  Meta wieħed iqabbel l-istatistika minn Diċembru ta’ l-1997 sa Diċembru ta’ l-2003, kif ukoll meta wieħed jara l-figuri ta’ Novembru 2003 kif imqabbla mal-figuri ta’ l-istess xahar tas-sena l-oħra, joħroġ ċar li dan is-settur dejjem kompla jissaħħaħ, b’żieda ta’ 423 impjieg f’dan is-settur.  Settur ieħor li fih kien hemm żieda kostanti kien is-settur tal-bini (quarrying, construction and oil drilling).  Fil-fatt, bejn Novembru 2003 u Novembru 2004, dan is-settur kellu żieda perċentwali ta’ 3%.”  

“Iżda s-settur li wera l-akbar żieda ta’ impjiegi kien “oħrajn” (others) fis-sezzjoni tas-servizzi privati.  Fil-fatt, bejn Novembru 2003 u Novembru 2004, dan is-settur żdied b’1,337, żieda perċentwali ta’ 8.2%.  Dan is-settur huwa wieħed li jiġbor fih numru ta’ servizzi differenti, inkluż skejjel privati, servizzi tas-saħħa privati u servizzi oħra personali.  Din l-istatistika turi żieda fl-użu ta’ dawn is-servizzi, li qegħdin jipprovdu dejjem aktar impjiegi.”  

Is-settur tas-self-employed huwa settur ieħor li rreġistra żieda fix-xahar ta’ Diċembru mill-2001 sa l-2003.  Bejn Novembru 2003 u Novembru 2004, in-numru tas-self-employed żdiedu bi 300, żieda perċentwali ta’ 1.9%.  Statistika maħruġa mill-ETC turi kif inhuma mqassmin is-self-employed:  

NOVEMBRU 2003

NOVEMBRU 2004

Self-employed mingħajr impjegati

15,725

Self-employed mingħajr impjegati

16,025

Self-employed (inkluż kumpanniji) bl-impjegati

7,639

Self-employed (inkluż kumpanniji) bl-impjegati

7,819

Table 1 :  Statistici ta’ l-ETC

L-Onor. Edwin Vassallo sostna kif dan is-settur “li jiena qiegħed nagħmel minn kollox biex ngħinu jaħdem aħjar, huwa wieħed mill-aktar importanti fl-iżvilupp ekonomiku ta’ pajjiżna, u wieħed li fix-xahar ta’ Novembru tas-sena l-oħra (2004) laħaq 16,025 persuna.  Dawn il-figuri għandhom rilevanza doppja.  “Min-naħa, ż-żieda fl-impjiegi hija ħaġa pożittiva ħafna u turi t-tisħieħ ta’ l-ekonomija Maltija.  Iżda min-naħa l-oħra, din iż-żieda, partikolarment iż-żieda fis-self-employed, tfisser li qed tiżdied il-kompetizzjoni fis-settur kummerċjali, u negozji diġa’ stabbiliti qegħdin isibu li jridu jaħdmu dejjem aktar u jkunu aktar innovattivi biex jibqgħu kompetittivi.  Fil-fatt, minn kliem is-self-employed u sidien ta’ negozji, wieħed jinnota li huma qed jiffaċċjaw kompetizzjoni qalilha fejn l-ispejjeż qegħdin jogħlew, il-prezzijiet tal-prodotti jew servizzi ma jistgħux jogħlew iżjed, u dan qed iwassal biex il-qliegħ jibqa’ stabbli jew jonqos.”  Skond l-Onor. Vassallo, “din hija realta` li rridu niffaċċjaw flimkien, għaliex din hija l-isfida li kull negozju jrid ibiddel f’opportunita` ta’ żvilupp ekonomiku, kemm fuq livell individwali ta’ kull negozju, kif ukoll fuq livell nazzjonali.”  

“ Meta wieħed jikkunsidra li l-figura tas-self-employed hija 11.7% tal-Gainfully Occupied Population, wieħed jista’ jifhem aħjar l-impatt li dan is-settur għandu fuq l-iżvilupp tas-settur kummerċjali kollu f’Malta.  Minn dawn il-figuri, wieħed jista’ jikkalkula li 7,819 persuna jimpjegaw bejniethom madwar 74,660 persuna, fuq firxa ta’ setturi differenti tal-kummerċ.  B’kollox, dawk il-persuni impjegati fis-settur privat huma 66% mill-Gainfully Occupied Population kollha (137,402).  B’hekk wieħed jista’ jara kemm hemm bżonn li tkompli tiżviluppa l-ħidma biex dan is-settur jibqa’ jissaħħaħ billi n-negozju jkun aktar faċilitat u l-burokrazija mnaqqsa.”  

.../pr0543table

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow