ŻJARA F’MALTA MILL-KUMITAT TAS-SAJD TAL-PARLAMENT EWROPEW
Il-Kumitat tas-Sajd tal-Parlament Ewropew se jagħmel żjara uffiċjali f’Malta bejn nhar it-Tlieta, 19 u l-Ħamis, 21 ta’ April 2005.
Id-delegazzjoni, li se titmexxa mill-viċi president tal-Kumitat, Rosa Miguelez Ramoz, se tinkludi wkoll 14-il deputat tal-Parlament Ewropew, fosthom id-deputat EwroMalti David Casa. Id-delegazzjoni tinkludi rappreżentanza minn kull formazzjoni politika li huma rappreżentati fil-Parlament Ewropew.
Il-qofol taż-żjara tad-delegazzjoni se jintlaħaq b’laqgħa uffiċjali mal-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino u mas-Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura u Sajd, Frans Agius. Matul il-laqgħa mistennija jkunu diskussi punti ta’ interess għal pajjiżna bħalma hu l-Fond Ewropew għas-Sajd u l-miżuri tekniċi tal-Mediterran. Id-delegazzjoni se jkollha wkoll laqgħat separati mas-sajjieda Maltin u Għawdxin.
Matul iż-żjara f’Malta, id-delegazzjoni se tindirizza konferenza ta’ l-aħbarijiet biex tagħti dettalji dwar iż-żjara u l-laqgħat f’pajjiżna.
Id-deputati tal-Parlament Ewropew mistennija jagħmlu żjarat ta’ kortesija lill-President u lill-Prim Ministru, u se jżuru wkoll Marsaxlokk u l-gżira t’Għawdex.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946