Left arrow Mur Lura

“DARBA TIĠIK ĦAŻINA!”

PR0532
Date Icon 15/04/2005

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo, flimkien ma’ Dr. Mark Gauci, CEO ta’ l-Awtorita’ għas-Saħħa u s-Sigurta’ fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA), ħabbru skeda ta’ attivitajiet mifruxa fuq 30 ġurnata, li ser isiru fiż-żoni industrijali ta’ Ħaż-Żebbuġ, il-Ħandaq, l-Imrieħel u l-Mosta.  Waqt din l-iskeda ser tkun mogħtija informazzjoni dwar miżuri li jistgħu jittieħdu fuq il-post tax-xogħol biex ikunu evitati diżgrazzji u nċidenti, għaliex kif jgħidu:  “Darba tiġik ħażina!”  

Minn kliem is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo, deher ċar l-impenn ta’ ħidma biex iż-żoni ndustrijali li ma jaqgħux taħt ir-responsabbilita’ tal-Malta Enterprise jiġu organizzati u fejn il-kummerċ isir b’iktar effiċjenza, bl-anqas spejjeż u b’aktar attenzjoni għall-kwalita’.  “Mal-ħidma biex f’dawn iż-żoni ndustrjali nwasslu s-servizzi nfrastrutturali u t-toroq jingħataw it-tarmac, issa jmiss li nerġgħu lura għand dawn is-sidien ta’ negozji żgħar u self employed biex nitkellmu magħhom dwar il-ħtieġa li huma jagħtu l-attenzjoni meħtieġa biex waqt li jkunu jaħdmu, jaraw li jnaqqsu kull periklu minn fuq il-post tax-xogħol.  Dan il-messaġġ jiswa’ kemm għal min huwa self employed, kif ukoll għal min iħaddem.  

“ Meta tingħata attenzjoni biex fuq il-post tax-xogħol jitnaqqas il-periklu għal min ikun qiegħed jaħdem fih.”  Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo kompla jitkellem dwar kif il-messaġġ li ser jingħata lil min jaħdem f’dawn iż-żoni ndustrijali huwa li ma nistghux nibqgħu naħsbu li kollox jgħaddi u biex niffrankaw spiża nkunu kapaċi nipperikolaw ħajjitna jew ħajjet dawk li jaħdmu magħna.  Spiża ta’ korriment jew inċident fuq il-post tax-xogħol jiswa’ ferm aktar minn spiża li permezz tagħha jitħallsu l-miżuri ta’ sigurta’ fuq il-post tax-xogħol.  Ħdejn il-ħajja m’hemm l-ebda spiża li ma għandhiex titħallas. L-Onor. Vassallo ta dettalji dwar in-numru ta’ nċidenti li seħħew matul is-sentejn li għaddew.  

Numru ta’ ncidenti fatali tul l-2003 u l-2004:  

FATALITAJIET

2003

2004

RĠIEL

12

11

NISA

0

1

TOTAL

12

12

Table 1 :  Source:  NSO

Inċidenti fuq ix-xogħol 2004 imqabbla ma’ 2003:  

2003

2004

Differenza

Differenza %

RĠIEL

4,208

3,611

597

-14.2

NISA

538

500

38

-7.1

TOTAL

4,746

4,111

635

-13.4

Table 2:  Source NSO

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo qal li “meta wieħed iqabbel il-figuri ta’ l-inċidenti li seħħew matul is-sena 2004 ma’ dawk li seħħew matul is-sena 2003, wieħed jinnota li kien hemm tnaqqis fin-numru ta’ nċidenti.  Dan jista’ jkun li ġara minħabba li qed ikun hemm aktar ħsieb u qed jitnaqqas xi ftit il-periklu minn fuq il-post tax-xogħol, iżda xorta waħda l-figuri huma nkwetanti, u hemm bżonn li nkunu aktar konxji ta’ l-importanza li nagħtu kaz tas-sigurta’ u s-saħħa tagħna u tal-ħaddiema tagħna.  Huwa għalhekk li, flimkien ma’ l-OHSA, is-Segretarjat tiegħi qiegħed jorganizza din l-iskeda ta’ attivitajiet.”  

Dwar l-attivitajiet li ser ikunu organizzati, l-Onor Vassallo qal li dawn ser ikunu jikkonsistu f’ġimgħa attivjitajiet f’kull żona industrijali msemmija.  “Qegħdin nippjanaw li uffiċjali mis-Segretarjat tiegħi, kif ukoll uffiċjali ta’ l-Awtorita’ tas-Saħħa u s-Sigurta’ fuq il-Post tax-Xogħol ser ikunu qed jagħmlu żjara f’kull negozju, kif ukoll fl-istess lokalitajiet ser ikollna exhibition fl-iskejjel primarji u taħdidiet mat-tfal ta’ l-iskejjel primarji biex it-tfal ikunu konxji wkoll tal-perikli li l-ġenituri tagħhom li joħorġu jaħdmu,jistghu isibu ma’ wiċċhom.” L-Onor. Vassallo semma wkoll poster apposta li ġie ddisinjat u li qieghed jitqassam fiż-żoni industrijali tal-Ħandaq, l-Imrieħel, Ħaż-Żebbuġ u l-Mosta.  Is-Segretarju Parlamentari Vassallo qal li dan il-poster “huwa maħsub biex ikompli jsaħħaħ il-messaġġ li qegħdin nippruvaw inwasslu, biex fl-aħħar mill-aħħar ħadd ma jweġġa, u fuq il-post tax-xogħol ikunu imħarsa s-saħħa u s-sigurta’ tal-ħaddiema.”  

Poster in pdf  

Poster in jpg

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow