Left arrow Mur Lura

IL-JUM DINJI TAS-SAĦĦA 2005: “MAKE EVERY MOTHER AND CHILD COUNT”

PR0493
Date Icon 07/04/2005

F’Malta għandna servizzi tas-saħħa mill-aqwa kemm għall-ommijiet kif ukoll għall-ulied, tant li f’rapport maħruġ fl-2004 mill-UNICEF jirriżulta li pajjiżna għamel l-akbar qabża pożittiva fin-numru ta’ mwiet ta’ trabi. Il-progress tagħna hu ta’ 8.6% fl-aħħar tnax-il sena. L-ogħla rata fost il-pajjiżi industrijalizzati.   

Il-Ministru Louis Deguara, Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità qal dan meta kien qiegħed jindirizza lill-media fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tas-Saħħa li l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa din is-sena qed tiffoka fuq is-saħħa ta’ l-omm u l-ulied bit-tema Make every mother and child count. Din is-sena l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qed timmira li permezz ta’ dan il-Jum:  

      ·     tqajjem kuxjenza dwar l-ammont ta’ mard, tbatija u mwiet ta’ ommijiet u ulied u l-impatt 

      li dan ikollu fuq is-saħħa kif ukoll fuq l-iżvilupp soċjali u ekonomiku.

·     tfiehem li jeżistu soluzzjonijiet għal din il-problema.

·     toħloq moviment b’responsabiltà kollettiva għall-azzjoni biex jissaportja programmi u 

      servizzi  għall-ommijiet u ulied u biex dan il-moviment jistinka biex dawn ikollhom 

      aċċessibilità  għal servizzi bażiċi tas-saħħa.  

Il-WHO issostni li ommijiet u ulied b’saħħithom huma l-pedamenti għall-prosperità ta’ komunitajiet u nazzjonijiet sħaħ.  Għalhekk l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa f’Marzu ħarġet policy briefs dwar materji ta’ saħħa li jirrigwardjaw is-saħħa ta’ trabi u tfal.  

Il-Ministru kompla billi qal li f’pajjiż żviluppat bħal tagħna wieħed ma jsibx problemi ta’ saħħa għall-ommijiet u wlied li wieħed isib f’pajjiżi sotto żviluppati.  Dan, grazzi għas-servizzi tas-saħħa li ommijiet u wlied jingħataw f’pajjiżna.  Servizzi li jindirizzaw problemi u diffikultajiet sa minn qabel persuna tidħol għall-maternità.  Id-Diviżjoni tas-Saħħa permezz tad-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa tieħu diversi inizjattivi biex l-ommijiet ikunu aktar konxji dwar problemi relatati mat-tqala kif ukoll wara t-twelid.  Id-dipartiment ħareġ numru ta’ publikazjonijiet dwar dan u matul is-sena li għaddiet kien membru fundatur flimkien ma’ 36 organizzazzjoni oħra fit-twaqqif tal-moiviment The wellbeing of the Unborn Child.   

L-għan ta’ din l-organizzazzjoni hu biex tqajjem kuxjenza dwar l-importanza tas-saħħa pre-konċezzjonali u l-għażliet li l-ġenituri jagħmlu waqt it-tqala biex it-tarbija jkollha bidu ta’ ħajja b’saħħitha. Id-dipartiment għaddej ukoll b’kampanja kontinwa anki fost it-tfal dwar ikel bnin u dwar il-ħalib tal-omm.  

Il-gvern permezz tal-Gynae clinic u l-well-baby clinic joffri minn kull Ċentru tas-Saħħa għadd ta’ servizzi indirizzati lill-ommijiet kemm qabel kif ukoll wara t-tqala.  Permezz tal-well-baby clinic jiġi segwit l-iżvilupp tat-tfal fl-ewwel xhur ta’ ħajjithom u ommijiet jingħataw pariri dwar breast feeding.   

It-tfal kollha Maltin jibbenefikaw ukoll mill-“School Medical Services” li jħaddmu programm ta’ monitoraġġ u sorveljanza fuq it-tfal fl-iskejjel pubbliċi, skejjel tal-knisja u special schools b’enfasi fuq pevenzjoni, promozzjoni tas-saħħa u identifikazzjoni ta’ mard u difetti fiżiċi kmieni kemm jista’ jkun.  It-tfal jiġu eżaminati meta jidħlu l-iskola u jiġu ri-eżaminati fl-età ta’ 8 snin u 12-il sena.  Barra minhekk jiġu mlaqqma’ kontra l-gattone, ħosba, rubella, tuberkolosi u hepatitis B. Is-servizz jipprovdi wkoll għall-iscreening ta’ l-iskoljosi, vista ta’ l-għajnejn u riferimenti dwar snien u problemi ta’ speech. Dan is-servizz huwa utli ħafna biex ċertu mard jinqabad fi stadju kmieni u hekk wieħed ikun jista’ jieħu l-miżuri adegwati.  

Fl-isptar San Luqa jingħataw ukoll diversi servizzi indirizzati kemm għall-ommijiet waqt it-tqala kif ukoll għat-trabi. Fost dawn hemm l-anti-natal clinic, parent craft classes, breast feeding clinic kif ukoll servizz ta’ social workers.  

Dawn is-servizzi jingħataw minn professjonisti dedikati u x-xogħol tagħhom jidher mis-suċċessi bħal fin-numru żgħir ta’ mwiet ta’ trabi li jkollna u trabi ferm b’saħħithom.  Wieħed irid iżomm quddiem għajnejh li s-suċċessi tagħna jikbru meta wieħed jikkonsidra li f’Malta m’ghandniex abort. F’pajjiżi oħra hu permess li jsir abort u spiss jiġri li f’każi ta’ tqala komplikata dan isir, filwaqt li f’Malta ma jsirx, temm jgħid il-Ministru Deguara.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow