PREŻENTAZZJONI TA’ SURVEY TRI-DIMENSJONALI TAL-ĠGANTIJA
Ir-riżultati ta’ survey tri-dimensjonali tat-Tempji tal-Ġgantija fix-Xagħra Għawdex ser jiġu ppreżentati uffiċjalment mill-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono liċ-Chairman ta’ Heritage Malta Dr Mario Tabone waqt attività li ser issir nhar il-Ġimgħa 8 t’April fit-Tempji tal-Ġgantija fit-3.30pm.
Esperti tal-Kumpanija Taljana li għamlet dan ix-xogħol ser ikunu f’Għawdex biex jagħtu preżentazzjoni tar-riżultati ta’ dan is-survey, li huwa l-ewwel wieħed tat-tip tiegħu li jinkludi l-kumpless sħiħ tat-tempji preistoriċi Maltin.
Dan is-survey ġie finanzjat mill-fondi ta’ Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea li ġew mogħtija biex jgħinu lil Malta fil-ħsarat li ġarrbu diversi postijiet f’Malta u Għawdex fil-maltempata ta’ Settembru 2003.
Il-pubbliku ġenerali huwa mistieden li jattendi għal din il-preżentazzjoni iżda huwa rakkomandat li min ikun ser jattendi jikkonferma l-attendenza tiegħu billi jċempel fuq in-numru 21564188, sa nhar il-Ħamis 7 t’April.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946