Left arrow Mur Lura

SUSSIDJI GĦALL-INDUSTRIJA TAT-TJUR

PR0472
Date Icon 01/04/2005

Is-Segretarju Parlamentari Dr Francis Agius jisħaq li l-industrija tat-tjur għaddejja minn fażi ta’ ristrutturar u titjib fil-kwalità ta’ iġjene, biex dawk l-istabbilimenti li jipproċessaw it-tiġieg tas-simna u li għandhom il-potenzjal li jilħqu l-istandards approvati mill-awtoritajiet kompetenti (dawk tas-Saħħa u dawk tas-Servizz Veterinarju) ikomplu jingħataw l-għajnuna meħtieġa biex dawn jiksbu l-liċenzja ta’ approvazzjoni.  B'hekk dan is-settur ikun jista’ jikkompeti u joffri bħalma qed isir, prodotti friski ta' l-aħjar kwalità lill-konsumatur.

Madanakollu, il-Gvern biex juri l-impenn tiegħu favur dan is-settur, qed joħroġ sussidji lil dawn l-istabblimenti li għas-sena 2004 laħaq iċ-ċifra ta’ LM127,754.  Dan is-settur qed ukoll jibbenifika minn għajnuna oħra taħt l-iskema tal-Marketing and Processing li 50% ta’ l-għotja tingħata mill-Unjoni Ewropea u 50% joħroġha l-proċessur. Din l-għajnuna tibqa’ tingħata kull sena li twassal sas-sena 2006.  

Għal din is-sena l-għajnuna tal-Marketing and Processing se tlaħħaq madwar LM500,000.  Wara s-sena 2006 il-Gvern qed jinnegozja ma’ l-Unjoni Ewropea pakkett ieħor ta’ għajnuna li jwassal sas-sena 2013.  

Is-Segretarju Parlamentari semma wkoll li d-domanda għat-tiġieġ friski qiegħda dejjem tiżdied.  Fil-fatt stabbiliment ta’ l-ipproċessar informa lill-Ministeru li għamel domanda biex mal-produzzjoni ta' kuljum iżid il-produzzjoni extra ta’ 5000 serduq ieħor kuljum.  Dan huwa awgurju tajjeb għax b'hekk qed jintwera li l-konsumatur qed ifittex u jkabbar il-fiduċja fil-prodott lokali.  

Is-Segretarju Parlamentari semma wkoll li d-Dipartiment tas-Saħħa, bil-koperazzjoni tas-Servizzi Veterinarji, diġà ħa passi biex dawk l-istabbilimenti li qed jaħdmu mingħajr il-permess meħtieġ ta' dawn l-awtoritajiet jiġu ikkontrollati.  Id-Dipartiment tas-Saħħa kkonfiska prodotti u anke ingħalqu stabbilimenti sħaħ.  Dan juri li l-Gvern miexi b'politika serja speċjalment fejn tidħol is-saħħa tal-konsumatur.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow