IL-LECTURE LI JMISS MIS-SENSIELA GREEN WINDOW SE JITRATTA T-TEMA TAT-TIBDIL FIL-KLIMA
Il-lecture li jmiss mis-sensiela Green Window se jitratta t-tema attwali tat-tibdil fil-klima u l-impatt li l-greenhouse effect qed iħalli fuq il-klima dinjija. Għal dan l-iskop ġie mistieden Sir John Houghton, li sa ftit żmien ilu kien ic-Chairman tas-Scientific Assessment Working Group for the Intergovernmental Panel on Climate Change.
Il-lecture ta’ Sir John Houghton se jsir nhar l-Erbgħa 13 t’April, 2005 fis-6.30 ta’ filgħaxija fis-sala Dimech, f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi l-Belt. Id-dħul għal-lecture huwa bla ħlas u kull min jixtieq jattendi għandu jċempel fuq 2295 2120 biex jirriserva l-post tiegħu.
Il-lectures pubbliċi Green Window, li jsiru kull xahrejn, huma inizjattiva tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent u għandhom l-għan li jxerrdu informazzjoni dwar temi ambjentali li jolqtuna mill-qrib. Dan isir permezz ta’ kelliema influenti li jaqsmu l-esperjenza vasta tagħhom fl-oqsma fejn huma speċjalizzati.
Din il-lecture se ssir bil-kollaborazzjoni ta’ l-Air Malta , l-Bank of Valletta , il-lukanda Dolmen u Dar il-Mediterran għall-Konferenzi.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946