L-EŻAMI ORGANIZZAT MILL-EFL MONITORING BOARD
Nhar is-Sibt li għadda sar eżami ta’ l-Ingliż organizzat mill-English as a Foreign Language (EFL) Monitoring Board li jservi biex il-kandidati jkunu jistgħu jieħdu liċenzja li jgħallmu l-Ingliż lill-barranin.
Meta tqassmet il-karta lill-kandidati kien innutat li tliet domandi li kienu jġorru 36 minn total ta’ 400 marka, kellhom żbalji tipografiċi li minħabba fihom dawn it-tliet domandi ma setgħux jinħadmu.
Għalkemm fiċ-Ċentru ta’ l-Eżamijiet f’Għawdex u fl-Iskola Primarja tal-Belt l-eżami baqa’ għaddej mingħajr problemi, wara li l-invigilators spjegaw kif għandu jitkompla l-eżami, fiċ-Ċentru ta’ Sant’Iermu nqalgħu problemi wara protesti minn xi kandidati, anki jekk eventwalment kompla l-eżami f’dan iċ-Ċentru wkoll. Fejn kien hemm il-ħtieġa ngħata ħin żejjed fuq il-ħin allokat għall-eżami.
Ġie deċiż li fiċ-ċirkostanzi t-tliet mistoqsijiet fil-karta li ma setgħux jinħadmu ma jiġux ikkunsidrati meta tiġi kkoreġuta l-karta.
Filwaqt li l-Monitoring Bord u d-Dipartiment ta’ l-Eżamijiet jiskużaw ruħhom għal kull inkonvenjent, hu assigurat li l-ebda kandidat mhu se jiġi żvantaġġjat minħabba dawn iċ-ċirkostanzi. Qed isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa biex problemi simili jiġu evitati fil-futur.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946