IL-MINISTERU TA’ L-AFFARIJIET BARRANIN JITLOB LILL-PULIZIJA TINVESTIGA ALLEGAZZJONIJIET ĠODDA
PR0459
28/03/2005
Fid-dawl ta’ allegazzjonijiet ġodda li saru dwar l-operat u l-aġir personali ta’ uffiċjal diplomatiku ta’ Malta fl-Ambaxxata ta’ Malta fiċ-Ċina, li dehru l-bieraħ f’ġurnal lokali bl-Ingliż ta’ nhar ta’ Ħadd, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin, fuq struzzjonijiet tal-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, illum kmieni wara nofsinhar għaddiet kopja tar-rapport li deher fil-ġurnal, lill-Kummissarju tal-Pulizija u talbitu biex jinvestiga dawn l-allegazzjonijiet ġodda bħala parti mill-investigazzjoni li għadha għaddejja.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946