Left arrow Mur Lura

IMPENN TAL-GVERN BIEX JINQATGĦU L-ABBUŻI MILL-KAĊĊA U L-INSIB

PR0457
Date Icon 28/03/2005

Il-Gvern hu impenjat li jkompli jaqta’ l-abbużi mill-kaċċa u l-insib.   

Dan qalu l-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino waqt attivita’ li matulha kienu ppreżentati lill-media numru ta’ information panels li bdew jitwaħħlu mal-konfini ta’ santwarji ta’ l-għasafar.  L-ewwel li se jitwaħħlu se jkunu fis-santwarji tal-Buskett u l-Għadira u dawn il-panels se jkomplu jitwaħħlu fil-jiem li ġejjin.  

Dawn il-panels saru bil-kollaborazzjoni tal-kumitat Ornis li jinkludi fih rappreżentanti kemm ta’ l-għaqdiet tal-kaccaturi kif ukoll ta’ l-għaqdiet ambjentalisti.  

L-Att dwar il-Ħarsien ta’ l-Ambjent jelenka 23 sit bħala santwarji ta’ l-għasafar.  F’kull sit ser jitwaħħlu madwar 20 panel li juru mappa bil-konfini tas-santwarji flimkien mad-dettalji ta’ fejn jistgħu jiġu rrapurtati abbużi minn individwi.  

Dawn il-panels ġew iffinanzjati mill-fondi ta’ l-Environment Initiatives in Partnership Programme (EIPP) tal-MEPA.  Dan huma finanzi li jkunu ġejjin minn kundizzjonijiet li tagħmel il-MEPA fuq permessi ta’ żvilupp.  

Il-Ministru George Pullicino qal li l-Gvern qed jaħdem bis-sħiħ biex ir-regolamenti tal-kaċċa u l-insib ikunu mħarsa u l-Gvern qed jaħdem mill-qrib mal-Pulizija u l-Armata biex ikun hawn ko-ordinament aħjar tar-riżorsi.  

Hu appella lill-għaqdiet tal-kaċċaturi u lill-kaċċaturi nfushom biex jikkoperaw bis-sħiħ mal-Gvern u mal-forzi tas-sigurta’ sabiex titrażżan il-kaċċa illegali fi sforz biex ikunu salvagwardati l-għasafar protetti u jkun imħares dak li nkiseb fin-negozjati tas-sħubija ma’ l-Unjoni Ewropea.  

Skond ċifri li tħabbru fl-istess attivita’ mill-Assistent Kummissarju Josie Brincat jirriżulta li matul is-sena l-oħra mal-442 kaċċatur u nassab tressqu l-Qorti minħabba reati varji.  

Intant, l-istaġun tal-kaċċa għall-gamiem u s-summien hu miftuħ bejn il-25 ta’ Marzu u t-22 ta’ Mejju.  L-istaġun ta’ l-insib fuq seba’ speċi ta’ għasafar jkun miftuħ bejn l-1 ta’ Ottubru u l-10 t’April.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow