Left arrow Mur Lura

IL-GVERN JAGĦMEL RIKORS QUDDIEM IT-TRIBUNAL INDUSTRIJALI

PR0455
Date Icon 28/03/2005

Il-Gvern jesprimi tħassib għat-theddida tal-General Workers’ Union li tieħu azzjonijiet industrijali fis-setturi kollha ta’ l-ekonomija fejn hi rappreżentata minħabba li ma taqbilx mal-Gvern li l-ħaddiema li ħadu azzjonijiet fi ksur tal-Ftehim Kollettiv ta’ l-Enemalta m’għandhomx jitħallsu għaż-żmien li damu sospiżi.

It-tħassib tal-Gvern hu dovut għall-ħsara lill-ekonomija Maltija li jkollhom l-azzjonijiet li qed thedded li tieħu l-Union. Dawn huma azzjonijiet mingħajr ġustifikazzjoni għax li kellhom jittieħdu jkunu fuq nuqqas ta’ qbil t’interpretazzjoni tal-liġi u li allura jeżistu l-fora fejn nuqqas ta’ qbil bħal dan jista’ jiġi rimedjat b’mod ċivili.

Il-Gvern diġà appella diversi drabi lill-General Workers’ Union li jekk hi konvinta mir-raġun tagħha f’din il-kwistjoni, għandha tieħu l-każ quddiem il-Qrati, it-Tribunal Industrijali jew arbitru indipendenti Anke jekk ma kellux għalfejn, il-Gvern ikkonferma minn qabel u mingħajr kundizzjonijiet, li jimplimenta d-deċiżjoni tat-Tribunal Industrijali tkun xi tkun.

Mingħajr ma tat raġuni, il-General Workers’ Union irrifjutat li tissottometti dan il-każ quddiem it-Tribunal Industrijali.

Bħala sinjal ulterjuri ta’ rieda tajba, hu għalhekk li l-Enemalta ddeċidiet li dal-għodu, permezz tar-rappreżentant legali tagħha, tagħmel rikors quddiem it-Tribunal Industrijali biex dan jisma’ l-każ tal-kwistjoni u jiddeċiedi fuqu.

Kopja tar-rikors preżentat dal-għodu fit-Tribunal Industrijali hi mehmuża

Kopja tar-rikors.pdf

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow