Left arrow Mur Lura

PROĊEDURI DWAR ĦRUĠ TA’ VISAS FL-AMBAXXATA TA’ MALTA F’BEIJING

PR0452
Date Icon 26/03/2005

B’referenza għal rapporti li dehru llum f’diversi ġurnali lokali, fejn ġew ikkwotati sorsi fl-Italja li allegaw li l-Ambaxxata ta’ Malta f’Beijing qed toħrog Visas b’mod irresponsabbli, filwaqt li kkwotaw ukoll minn diskors tal-Kelliem Ewlieni ta’ l-Oppożizzjoni dwar l-Affarijiet Barranin, l-Onor. Leo Brincat fil-Parlament f’Diċembru li għadda, il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin jinnota li:

1                    L-approvazzjoni jew ir-rifjut ta’ Visa tinħareg mill-awtoritajiet ta’ l-immigrazzjoni tal-Pulizija u mhux mill-Ambaxxati ta’ Malta. L-Ambaxxati jservu bħala conduit biex applikazzjoni għall-Visa tasal għand il-Pulizija Maltija li min-naħa tagħhom, jiddeċiedu jekk dawn l-applikazzjonijiet għandhomx jiġu approvati jew rifjutati.

2                    Wara li f’Diċembru li għadda, l-Onor. Leo Brincat kien allega fil-Parlament, li diplomatiku Malti fl-Ambaxxata ta’ Malta fiċ-Ċina seta’ kellu xi involviment ma’ aġent ta’ l-ivvjaġġar Ċiniż partikolari, u anke’ għadda visiting card lill-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin dwar dan il-każ, il-Ministru Michael Frendo kien talab minnufih lis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin biex tgħaddi l-informazzjoni kollha lill-Kummissarju tal-Pulizija u titolbu jibda investigazzjoni.

3                    Fl-istess waqt, fuq struzzjonijiet tal-Ministru Frendo, s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin, talbet lill-Ambaxxatur Malti fiċ-Ċina biex jagħmel rapport dettaljat dwar kif qed jiġu segwiti l-Proċeduri Dwar Ħruġ ta’ Visas fl-Ambaxxata ta’ Malta f’Beijing. Kopja ta’ dan ir-rapport intern intbagħtet lill-Kummissarju tal-Pulizija fl-10 ta’ Diċembru 2004.

Mill-investigazzjonijiiet li saru mill-Pulizija, il-Pulizija, sa’ issa, irrappurtaw li huma ma jistgħu jiddeterminaw l-ebda irregolarita’ jew ‘foul play’ minn xi diplomatiku Malti fl-Ambaxxata ta’ Beijing, fil-proċess ta’ ħruġ ta’ Visas għal persuni Ċiniżi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow