PROGRAMM TA' ATTIVITAJIET FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA NAZZJONALI TA' JUM IL-ĦELSIEN NHAR IL-ĦAMIS, 31 TA' MARZU, 2005
Il-Kumitat Festi Nazzjonali qed jorganizza dawn l-attivitajiet biex jitfakkar "Jum il-Ħelsien" nhar il-Ħamis, 31 ta' Marzu, 2005.
ĊERIMONJA KOMMEMORATTIVA
09.30 a.m. Il-Banda tal-Forzi Armati u l-Gwardja ta' l-Unur tifforma fi Pjazza Gavino Gulia, Bormla
09.35 a.m. Jibda marċ minn Pjazza Gavino Gulia, li jgħaddi via x-Xatt ta' Bormla, Triq Santa Tereża u Triq San Lawrenz, Birgu sa quddiem il-Monument tal-Ħelsien, Birgu.
09.48 a.m. Wasla tal-Kmandant tal-Forzi Armati
09.51 a.m. Wasla tal-Prim Ministru
09.55 a.m. Wasla tal-E.T. il-President ta' Malta
L-E.T. il-President ta' Malta jispezzjoni l-Gwardja ta' l-Unur
L-E.T. il-President ta' Malta u l-Prim Ministru jqiegħdu bukketti fuq il-Monument. Tindaqq il-Fanfara u jsir it-tqegħid tal-bukketti.
Jindaqq l-Innu Nazzjonali
REGATTA
1.30 p.m. Regatta Tradizzjonali fil-Port il-Kbir. Ikun hemm tiġrijiet tad-Dgħajjes A tal-Midalji Frejgatini - Dgħajjes C tal-Pass - Kajjikki - Dgħajjes B tal-Pass fil-Kategoriji Open u dik Reserves. Wara kull tiġrija ssir il-preżentazzjoni tat-tazzi u l-palji tat-tiġrija partikolari lill-ewwel tlett opri klassifikati. Wara li jispiċċaw it-tiġrijiet kollha ssir il-preżentazzjoni tax-"Shield" lill-klabb li jikseb l-akbar għadd ta' punti fit-tiġrijiet tal-Kategorija 'Open' u oħra fil-Kategorija reserves.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946