KONSULTAZZJONI PUBBLIKA: REGOLI DWAR IL-KWANTITAJIET NOMINALI GĦALL-FINI TAD-DIRETTIVA (PROPOSTA) DWAR IL-PRODOTTI PPAKKJATI BIL-QUDDIEM
Il-Ministeru għall-Kompetittivita’ u l-Komunikazzjoni, permezz tad-Direttorat tal-Prodotti tal-Konsumatur u Industrijali ta’ l-Awtorita’ Maltija dwar l-Istandards, nieda l-ewwel minn serje ta’ Dokumenti da’ Konsultazzjoni (ICD 01/2005) dwar Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli dwar il-kwantitajiet nominali tal-prodotti ippakkjati bil-quddiem, illi tissostitwixxi id-Direttivi tal-Kunsill 75/106/KIEE u 80/232/KEE, filwaqt illi temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/211/KEE.
Ħamsa u għoxrin liġi nazzjonali flimkien ma’ żewġ Direttivi ta’ l-UE jassiguraw illi l-konsumaturi jistgħu joqogħdu fuq l-indikazzjonijiet tal-piż fuq il-prodotti kollha ppakkjati bħal m’huma ta’ l-ikel, ta’ l-iġjene, prodotti tat-tindif, żebgħat eċċ. Madankollu, il-liġijiet nazzjonali jvarjaw. Dan iwassal għal żjieda fl-ispejjeż ta’ l-ippakkjar u ta’ ittikettjar. Il-konsumaturi jiltaqgħu ma’ tikketti differenti fuq il-pakketti. Id-Direttiva, illi tinsab fi stadju bikri ta’ negozjati, għandha l-għan aħħari illi tarmonizza l-liġijiet varji eżistenti f’direttiva waħda (bħalissa hemm żewġ direttivi), filwaqt illi fl-istess ħin tneħħi 25 liġi differenti f’dan il-qasam u tnaqqas l-ispejjeż u d-diffikultajiet regolamentarji għal min jimmanifattura.
L-abbozz kurrenti (COM(2004) 708) huwa suġġett għal aktar negozjati u l-Gvern Malti qiegħed jimmira li jassigura illi l-pożizzjoni tiegħu għal-laqgħat li jmiss tal-Kumitat ta’ Ħidma tal-Kunsill tirrifletti l-opinjonijiet tal-firxa l-aktar wiesgħa tal-partijiet interessati u tal-konsumaturi Maltin.
Il-Konsultazzjoni tagħlaq fit-22 ta’ April, 2005.
· Kopja tad-Dokument Inizzjali ta’ Konsultazzjoni, illi tinkludi nformazzjoni ulterjuri, tinsab f’ http://www.msa.org.mt.
· Il-proposta għandha tintroduċi liberalizzazzjoni tad-daqsijiet tal-prodotti ippakkjati, u konsegwentement tiġi permessa kompetizzjoni sħiħa għall-industrija u ssir aktar faċli sabiex jiġu sodisfatti l-bżonnijiet kemm tal-konsumatur kif ukoll ta’ l-industrija. Aktar informazzjoni disponibbli tinsab fuq is-sit tal-Kummissjoni: http://europe.eu.int/comm/enterprise/prepack/packsize/packsiz_en.htm
· u l-link għall-konsultazzjoni esterna: http://europe.eu.int/comm/enterprise/prepack/workpaper/en_work_paper.pdf
· L-aktar effett importanti illi mistenni li illi jintlaħaq huwa l-liberalizzazzjoni sħiħa għall-prodotti ppakkjati illi fihom il-kwantitajiet nominali kif stipulat bil-liġi i.e. COM(2004) 708 ser tkun qed tippermetti illi l-prodotti illi ġejjin jiġu ippakkjati fi kwalunkwe daqs: ċereali, zokkor ismar, ġobon, marġarina, melħ, għaġin, ross, ħaxix niexef, sostituti tal-kafe’, frott jew ħaxix iffriżati, ħut iffriżat, ġelat, ikel ta’ l-annimali domestiċi, żebgħat lesti għall-użu, kolla, adeżivi, prodotti tat-tindif, kosmetiċi, toothpaste, prodotti tal-kura tal-ġilda u tax-xagħar, deodoranti, spapen, terrer, trab ta’ l-għorik, deterġenti, solventi, żjut tal-lubrikazzjoni, suf (ara l-Annessi tad-Direttiva 80/232/KEE) u l-birra, ħall, żejt taż-żebbuġa, ħalib, ilma fil-flixkun, minerali, meraq tal-frott (ara l-annessi tad-Direttiva 70/106/KEE). Barra minn hekk, liberalizzazzjoni limitata għall-prodotti ippakjati illi ġejjin qegħda tiġi proposta: inbejjed, spirti, kafe’ solubbli, zokkor abjad. Dawn ser iżommu l-parti l-kbira mill-kwantitajiet nominali preskritti fl-Anness għall-proposta għall-20 sena illi ġejjin. (ara l-Anness tal-proposta).
· Kwalunkwe kontributi bil-miktub għandhom jaslu għand id-Direttorat tal-Prodotti Industrijali u tal-Konsumatur ta’ l-MSA sa’ l-1 ta’ April 2005 permezz tal-posta fl-indirizz illi ġej:
Awtorita’ Maltija Dwar l-Istandards
(Attn: Kap – Direttorat tal-Prodotti Industrijali u tal-Konsumatur)
It-Tieni Sular, Binja Evans, Triq il-Merkanti, Valletta, VLT 03; jew
fax: 2124 2406; jew e-mail: anthony.camilleri@msa.org.mt; joseph.micallef@msa.org.mt; linda.worley@msa.org.mt.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946