Left arrow Mur Lura

IFTĦU L-BIBIEN GĦAŻ-ŻAGĦŻAGĦ

PR0437
Date Icon 23/03/2005

Il-Gvern irid li ż-żgħażagħ jingħatalhom l-ispazju kollu meħtieġ biex iħossuhom parti attiva mis-soċjeta` u biex iwettqu l-inizjattiva u l-krejattivita` tagħhom. “Iftħu l-bibien għaż-żgħażagħ għax dan hu iż-żmien meta l-bniedem l-aktar li jagħti minn qalbu u mill-idejali tiegħu”.  

Dan l-appell għamlu l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi, Dr Louis Galea, meta ltaqa` mal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ (KNZ) il-ġdid immexxi mill-President Cory Greenland. Waqt il-laqgħa l-President tal-KNZ ippreżenta lill-Ministru kopja tal-Pjan ta’ Ħidma għal din is-sena li tħejja mill-Eżekuttiv tal-KNŻ u approvat mill-għaqdiet taż-żgħażagħ membri tal-Kunsill.  

Il-President tal-KNZ, Cory Greenland spjega li fil-KNŻ kull żagħżugħ u żagħżugħa għandhom ix-xogħol li għalih huma responsabbli u lkoll jaħdmu b’sistema ta’ networking. Huwa fisser li l-KNŻ m’għandux l-iskop li jirreplika xi ħidma li jagħmlu l-għaqdiet taż-żgħażagħ iżda qiegħed hemm biex jagħti l-appoġġ kollu li jistgħu lill-għaqdiet. Il-ħidma tal-KNŻ żdiedet sew fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq livell Ewropew u internazzjonali.  

Fost il-ħidma li l-KNŻ qed jipproponi li jwettaq din is-sena hemm: twaqqif ta’ aktar Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ; reviżjoni għal titjib fil-Youth Card; sehem attiv fid-diskussjoni dwar riformi nazzjonali bħal fil-qasam tal-pensjonijiet, edukazzjoni u saħħa; ħidma favur l-ambjent; Parlament taż-Żgħażagħ; u l-Commonwealth Youth Forum.  

Il-Ministru Louis Galea faħħar l-inizjattiva taż-żgħażagħ fi ħdan il-KNŻ u appella lill-għaqdiet taż-żgħażagħ biex jappoġġjaw l-istruttura nazzjonali tal-KNŻ u jsaħħuha billi jieħdu sehem fid-diskussjonijiet li jiġu organizzati dwar dak li jolqot liż-żgħażagħ u lill-pajjiż. Il-Ministru Galea qal li ż-żgħażagħ għandhom ħafna ideat u xhieda sabiħa x’joffru issa u mhux biss fil-futur. “Is-soċjeta` ma’ taffordjax li ma tieħux il-ġid taż-żgħażagħ tal-lum, illum. Jiżbalja min jirraġuna li ż-żghażagħ għandhom jistennew il-futur biex jagħtu l-kontribut tagħhom. Iż-żgħażagħ tal-lum huma l-aktar ġenerazzjoni li tifhem id-dinja tal-lum u kapaċi li jħarsu lejn il-problemi tal-lum b’lenti friska. Jeħtieġ li nirrikonoxxu li nirriskjaw l-aljenazzjoni taż-żgħażagħ f’kull qasam, inkluż fil-politika u fil-Knisja, jekk ma nagħtuhomx l-ispazju b’kull mezz possibbli ħalli jħossuhom minn issa parti integrali u apprezzata mis-soċjeta`.”  

Fl-okkażjoni ta’ Jum iż-Żgħażagħ, li jitfakkar fil-21 ta’ Marzu, il-Ministru Galea qassam l-ammont ta’ Lm5,000 f’għotjiet lil erbgħa u għoxrin għaqda taż-żgħażagħ u għadda l-ammont ta’ Lm6,000 lill-KNŻ bħala l-għotja annwali tal-Gvern. Barra minn hekk il-Ministru awtorizza l-ħruġ ta’ applikazzjoni biex jintgħażlu ħaddiema għal mal-KNŻ minn fost ħaddiema li diġa` qegħdin jaħdmu fis-settur pubbliku. Dawn il-ħaddiema huma mistennija li jkunu żgħażagħ, ġuvintur u tfajliet, li għandhom l-enerġija u l-entużjażmu li jaħdmu ma’ għaqdiet taż-żgħażagħ sew lokali kif ukoll barranin.

Il-Ministru Galea jfakkar li f’Settembru li ġej Malta ser tospita il-Commonwealth Youth Forum li għalih ser jattendu żgħażagħ mit-tnejn u ħamsin pajjiż tal-Commonwealth għal ġimgħa sħiħa f’Malta. Il-Ministeru flimkien mal-KNŻ ser iwettqu ħidma biex jintgħażel u jiġi mħarreġ il-kontinġent Malti li ser ikun magħmul minn ħamsin żagħżugħ u żagħżugħa.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow