Left arrow Mur Lura

FESTIVAL INTERNAZZJONALI TAL-BANED FIL-MELLIEĦA

PR0432
Date Icon 22/03/2005

Għat-tielet sena konsekuttiva l-Festival Internazzjonali tal-Baned se jsir taħt tinda kbira fil-Pjazza tal-Parroċċa fil-Mellieħa. Il-festival se jkun bejn il-Ħadd 27 u l-Ħamis 31 ta’ Marzu.  

Din is-sena se jieħdu sehem fil-festival, seba’ baned barranin u ż-żewġ baned tal-Mellieħa: l-Għaqda Mużikali Imperial u s-Soċjeta’ Filarmonika La Vittoria. Il-baned barranin huma: Lysefjorden Musikklag tan-Norveġja, Exeter University Concert Band ta’ l-Ingilterra, Coronation Brass ta’ Wales ; Doncaster Concert Band ta’ l-Ingilterra, Hertfordshire Concert Band ta’ l-Ingilterra, Blackpool Brass ta’ l-Ingilterra u Friendly Band/Sowerby Bridge ta’ l-Ingilterra.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech nieda dan il-festival internazzjonali tal-baned. Hu qal li l-baned f’Malta kienu parti mill-kultura u t-tradizzjoni tal-pajjiż. Francis Zammit Dimech qal li minn statistika ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika, jirriżulta li fl-2003 in-numru ta’ bandisti, sew dawk residenti kif ukoll allievi, kien ta’ 4,099; żieda ta’ madwar disa’ fil-mija fuq is-sena ta’ qabel.  Fl-istess waqt in-numru ta’ membri fil-każini tal-baned fl-2003 kien ta’ 25,568 jew żieda ta’ 7.3 fil-mija fuq l-2002. Is-sħubija fil-każini tal-baned fl-2003 laħqet għal 7.1 fil-mija tal-popolazzjoni Maltija fl-eta’ ta’ bejn il-5 u t-84 sena, żieda perċentwali oħra ta’ 0.5 fil-mija fuq l-2002.  

“Dan kollu juri kemm il-baned f’Malta jagħmlu parti integrali mit-tradizzjonijiet tagħna u l-kontribut li qed jagħtu biex tinxtered il-kultura mużikali f’pajjiżna. Juri wkoll kif eluf ta’ Maltin u Għawdxin qed jiddedikaw il-ħin liberu tagħhom biex iżommu ħajjin dawn il-każini tal-baned li qed jikkontribwixxu b’mod impressjonanti għat-tagħlim tal-mużika f’pajjiżna,” qal il-Ministru Zammit Dimech li radd ħajr lis-soċjetajiet kollha mużikali għall-kontribut tagħhom.  

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li festivals internazzjonali bħal dak li qed ikun organizzat fil-Mellieħa jikkontribwixxi biex inkabbru l-interess fil-mużika u biex inkunu f’qagħda li nipparagunaw il-ħiliet tal-mużiċisti Maltin ma’ dawk ta’ mużiċisti barranin. Hu qal  li kien ċert li l-mużiċisti Maltin kienu kapaċi daqs mużiċisti barranin. Francis Zammit Dimech irringrazzja lill-organizzatturi ta’ dan il-festival għall-opportunita’ li qed jagħtu lill-poplu Malti li jsegwu baned barranin, flimkien ma’ dawk Maltin, f’attivita’ unika.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow